Kultura – Page 42 – One News

Notifiki

Opportunitá tqatta’ l-lejl Għar Dalam

Heritage Malta qegħda tagħti opportunitá lill-pubbliku biex igawdi l-wirt kulturali u naturali fil-viċinanzi ta’ Għar Dalam f’atmosfera differenti u li jorqdu fil-miftuħ u f’ambjent sikur u trankwill bejn is-Sibt 11 ta’ Awissu u l-għada filgħodu.

Aqra aktar

Publiju l-Prinċep tal-gżira fil-qalba ta’ ċentru turistiku

L-Assoċjazzjoni Publju ta’ Malta hija għaqda volontarja li tieħu ħsieb iżżomm ħaj il-kult u d-devozzjoni lejn San Publju, Patrun u qaddis Malti. San Pawl u San Publju huma l-protagonisti tal-bidla fil-ħsieb li ħalla impatt qawwi fi gżiritna sal-lum. Il-ġenerożita’ tal-Prinċep tal-gżira Publju wasslet biex dil-gżira ċkejkna ssib postha fl-akbar ktieb; il-Bibbja.

Aqra aktar

Il-bibien tat-Teatru Manoel jinfetħu għall-anzjani li jgħixu fid-djar tal-gvern jew li jattendu ‘day centres’

Kienet ħarġa mhux tas-soltu għal anzjani li jgħixu f’San Vincenz de Paule jew li jattendu day centres jew istituzzjonijiet oħrajn li wieġbu għal stedina li saritilhom biex jattendu t-Teatru Manoel.

Għal ħafna minnhom din kienet l-ewwel darba li attendew it-Teatru Manoel fejn kellhom l-opportunità jaraw, bla ħlas, performance mill-iktar sabiħa dwar id-diski tal-mibki Gaetano Kanta.

 Aqra aktar

BIL-FILMAT: L-Imdina tiġbor ikel minn madwar id-dinja

Daqs erba’ sekli u nofs ilu kienet belt Assedjata bin-nies imġewħa jistennew li kollox jgħaddi b’wiċċ il-ġid u llum il-belt is-siekta nbidlet f’festival internazzjonali tal-ikel.

Fi tmiem din il-ġimgħa fil-foss tal-Imdina qed jittella’ dan il-festival tal-ikel minn kull rokna tad-dinja.

Filfatt dan il-festival infetaħ mill-Prim Ministru Joseph Muscat.

Aqra aktar

ARA: Qum Dur u Iżfen; kanzunetta ġdida bil-Malti ta’ Bernie and Pod

Qum Dur u Iżfen hija l-kanzunetta l-ġdida ta’ Bernie and Pod. B’din il-kanzunetta l-kantanti u l-awturi xtaqu li jwasslu messaġġ ta’ mħabba; mħabba li permezz tagħha tista’ tnessi d-dwejjaq u timla ħajjet ħaddieħor. Iż-żifna tal-kanzunetta ġiet abbinata ma ton ferrieħ biex ukoll l-awturi juru lid-dinja kemm hi b’saħħitha l-imħabba.

Din il-kanzunetta bil-lingwa Maltija segwiet żewġ kanzunetti popolari oħrajn ta Bernie and Pod li huma Ħelwa tal-Għaġeb u Int u Jien Dan il-Milied.  Aqra aktar

Grecia Bezzina tirbaħ l-OGAE Vision Song Contest f’Berlin

Il-kantanta Grecia Bezzina rebħet l-OGAE Vision Song Contest li sar f’Berlin is-Sibt 14 ta’ Lulju 2018.  

It-talenti ta’ Grecia ntlaqgħu ferm tajjeb hekk kif hija rebħet wara li kisbet 210 punti, minn voti tal-ġurija u vot tal-pubbliku preżenti għall-festival fil-kapitali Ġermaniża.Malta kisbet 38 punt iżjed mill-pajjiż li ġie fit-tieni post.  

Dan il-festival kkontestat minn tmien pajjiżi oħra ntrebaħ minn Malta għat-tieni darba. Grecia Bezzina interpretat il-kanzunetta Everything t’Anna Vissi tal-Eurovision 2006.  Dan il-festival jippromovi l-kanzunetti tal-Eurovision Song Contest u kull pajjiż jibgħat kantanta li tinterpreta kanzunetta li tkun ħadet sehem f’edizzjonijiet passati tal-Eurovision. 

Aqra aktar

Fl-Imdina tista’ dduqu: L-ingredjent li Malta kienet tisirqu mingħand it-Torok

Bejn il-Ħamis 19 u l-Ħadd 22 ta’ Lulju ser tiġi organizzata edizzjoni oħra tal-Festival Internazzjonali Malti tal-Ikel – ċelebrazzjoni kulinari tal-aqwa kċejjen minn madwar id-dinja.

L-edizzjoni ta’ din is-sena mistennija tkun l-ikbar edizzjoni fl-aħħar snin. Opportunita sabiex wieħed jaqsam il-passjoni tiegħu għall-ikel filwaqt li jduq l-ifjen platti minn għadd ta’ pajjiżi minn madwar id-Dinja, inkluż il-platt Malti.

Aqra aktar

Se tkun tista’ żżur it-Tempju ta’ Borġ in-Nadur għal €3 biss!

 

It-Tempju ta’ Borġ in-Nadur f’Birżebbuġa se jibda’ jkun miftuħ għall-pubbliku kuljum, bil-biljetti jiswew €3 biss għall-adulti, €2.50 għall-anzjani u studenti, u €2 għat-tfal.

Dan se jkun l-24 sit ta’ Heritage Malta li se jkun aċċessibbli għal kull min jixtri l-multisite pass u għall-membri ta’ Heritage Malta. Se jkun hemm ukoll open day fis-siti ta’ Għar Dalam u t-Tempju ta’ Borġ in-Nadur fit-22 ta’ Lulju, fejn il-pubbliku jista’ jidħol bla ħlas.

It-Tempju ta’ Borġ in-Nadur kien jintuża kemm fi żmien it-tempji kif ukoll fi żmien il-bronż, u jinsab f’post uniku bejn żewġ widien u faċċata tal-baħar. Is-sit kien skavat f’madwar l-1920 mill-arkeologa Margaret Murray, u l-fdalijiet u l-oġġetti li nstabu waqt l-iskavar għadhom qed ikunu analizzati sal-lum minn riċerkaturi li qed jużaw teknoloġiji li ma kinux disponibbli għall-arkeologi fil-passat.

Issa, dan is-sit se jkun miftuħ għall-pubbliku mit-Tnejn sal-Ħadd matul is-sena kollha, ħlief fil-Ġimgħa l-Kbira, lejliet il-Milied, jum il-Milied, lejliet l-Ewwel tas-Sena, u jum l-Ewwel tas-Sena.

Il-biljetti jistgħu jinxtraw mis-siti u mużewijiet kollha ta’ Heritage Malta, bl-eqreb wieħed ikun Għar Dalam. Il-biljetti għal Borġ in-Nadur

Il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura, u Gvern Lokali Owen Bonnici qal li l-Gvern huwa mpenjat li jippreserva u jieħu ħsieb postijiet storiċi bħal Borġ in-Nadur,  “minħabba li dan huwa l-bażi soda li fuqu jserrħu l-preżent u l-futur. Is-siti ta’ Heritage Malta huma xhieda tal-importanza li għandha l-istorja tagħna u l-ħidma tagħna hija li nassiguraw li dawn is-siti jkunu aċċessibbli u disponibbli għall-komunità”.

Wieħed jista’ wkoll iżur is-sit uffiċjali ta’ Heritage Malta għal iktar informazzjoni.

 

 

Red Electrik f’Bormla

Fit-26 ta’ Lulju inagħqdu magħna fit-Triq Santa Tereza f’Bormla (fuq il-klabb tar-regatta) flimkien mal-ħbieb u l-familji tagħkhom mit-8pm il quddiem. Lejla Maltija mimlija divertiment u ikel mill-aqwa!

Tickets jistaghu jinxtraw minn għand il-Benbow Kiosk Bormla kif ukoll tistghu ċċemplu fuq 99045859/ 99604820/ 99865523.

Tickets €15 inkluz l-ikel.

Tfal taht l-10 snin jidhlu b’xejn kif ukoll ha kun hemm ikel speċjali għalihom.

Send this to a friend