Marta Vella ġiet maħtura bħala d-Direttur tal-Festival ta’ ŻiguŻajg mill-Fondazzjoni Kreattività għat-tliet snin li ġejjin. Aqra aktar

Marta Vella ġiet maħtura bħala d-Direttur tal-Festival ta’ ŻiguŻajg mill-Fondazzjoni Kreattività għat-tliet snin li ġejjin. Aqra aktar
Il-band Maltija ‘Different Minds’ dil-ġimgħa ħarġu d-diska ġdida tagħhom “Across the Borderline”, bi kliem u mużika ta’ Ray Mercieca u produzzjoni ta’ Cyprian Cassar ġo Somino Studios. Il-kanzunetta l-ġdida hi aċċessibli fuq YouTube jew fuq il-paġna ta’ Facebook tal-band Different Minds Malta. Aqra aktar
Il-finali tal-Eurovision Song Contest tas-sena d-dieħla se jkun qed isir is-Sibt 22 ta’ Mejju 2021.
L-edizzjoni tas-sena d-dieħla se tkun qed issir f’Rotterdam fl-Olanda wara li din is-sena dan l-avveniment tħassar minħabba l-imxija. Aqra aktar
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb fetaħ l-applikazzjonijiet għat-tieni edizzjoni tal-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef.
Dan il-konkors tnieda s-sena l-oħra u huwa mmirat biex issaħħaħ il-livell tal-kitba poetika f’pajjiżna u biex jiċċelebra l-poeżija miktuba bil-Malti. Aqra aktar
Kienu ħafna dawk li nġabru quddiem is-sede tas-Socjetà Muzikali Trinità Qaddisa tal-Marsa biex flimkien jassistu għal wirja oriġinali ta’ mużika, dwal u laser b’messaġġ ta’ rispett u solidarjetà lejn dawk kollha li b’xi mod jew ieħor ntlaqtu mill-imxija tal-COVID-19. Fil-veru sens tal-kelma, l-Marsa xegħlet b’tama li għada jkun aħjar mil-lum.
Bħal fil-bqija tad-dinja, pajjiżna wkoll għadda minn żmenijiet diffiċli u bla preċedent. Biex nilqgħu għall-imxija tal-Coronavirus, fuq pariri tal-awtoritajiet tas-saħħa ttieħdu diversi miżuri biex tkun issalvagwardjata s-saħħa tal-pubbliku. Fost dawn kien hemm il-kanċellament tal-festi tal-ibliet u rħula Maltin, fatt li ħoloq vojt kbir fl-atmosfera ferriħija li kienet tixgħel kull lokalità tul il-jiem tal-festa tal-patrun/a. Aqra aktar
L-Awtorità Maltija għat-Turiżmu se tirrestawra statwi ewlenin u antiki fil-lokalità tal-Qrendi bħala parti mill-ħidma tagħha biex tippreserva l-wirt storiku reliġjuż f’pajjiżna.Aqra aktar
Minkejja l-imxija tal-Coronavirus, it-Tarxiniżi xorta waħda qed jiċċelebraw il-festa tal-Lunzjata, li kellha tiġi ċċelebrata matul il-jum tal-Ħadd. Iżda minħabba l-imxija din il-festa qed issir b’mod virtwali fuq il-midja soċjali.Aqra aktar
Is-Sibt filgħaxija, is-Sengleani fakkru l-mitt anniversarju minn meta l-paroċċa ta’ din il-belt irċiviet id-digriet mill-Vatikan sabiex l-istatwa ta’ Marija Bambina tiġi nkurunata.Aqra aktar
Is-sena d-dieħla, l-akbar festa ta’ mużika fl-Ewropa se ssir f’Rotterdam fl-Olanda.
Dan wara li din is-sena, għall-ewwel darba f’64 sena, il-Eurovision Song Contest ġie ikkanċellat minħabba l-pandemija tal-Coronavirus. Aqra aktar
Miet il-pjanist Taljan ta’ fama mondjali Ezio Bosso fl-età ta’ 48 sena. Aqra aktar
Send this to a friend