Kultura – Page 15 – One News

Notifiki

The Smokie World Tour f’Malta għall-Għaxaq Music Festival

Ħal Għaxaq, 2019 -Din is-sena jaħbat l-għoxrin anniversarju mill-ewwel kunċert tal-Għaxaq Music Festival! Għal darb’oħra, kif titlob it-tradizzjoni marbuta ma’ dawn il-festivals mużikali hemm bżonn li nterrqu lkoll lejn il-qalba ta’ dan ir-raħal ħlejju għal esperjenza mużikali mill-aktar eċċitanti! Fil-qawwa ta’ sajf sħun mimli attivitajiet, xejn ma jiġbed aktar attenzjoni minn dawn il-jumejn straordinarji fejn tirrenja l-mużika tal-aqwa kwalità!Aqra aktar

Bidu tal-ħames edizzjoni tax-Xagħratale

Ix-Xagħra Historical Re-enactment Organisation (XHRO) ser tippreżenta il-ħames edizzjoni ta’ Xagħratale – spettaklu ta’ 20 minuta fejn permezz ta’ drama, żfin, effetti tad-dawl u mużika tinagħta titwila lejn xi ġrajjiet storiċi marbuta mar-raħal tax-Xagħra, Għawdex.

Waqt li tkun għal xi ikla bnina jew inkella quddiem xi tazza nbid tajba f’wieħed mir-restaurants li jdawwru l-pjazza, madwar 50 attur u żeffiena, lebsin kostumi tal-epoka, minn żmenijiet klassiċi sas-seklu 19,  ser jeħduk lura fi żmien Neolitiku, fit-tempji tal-Ġgantija fil-ħin tat-talb ritwali.  Fi ftit sekondi tgħix il-ġrajja misterjuża tar-rebħa tal-Assedju l-Kbira tal-1565 u dritt wara dduq ftit mill-kefrija tal-pesta li ġarrab ir-raħal tax-Xagħra.  L-aħbar tat-tmiem tat-Tieni Gwerra Dinjija twassal għall-merħba u awguri lil dawk preżenti.  Dan, u aktar huwa Xagħratale.

L-ispettaklu fil-miftuħ ser jinżamm fi Pjazza l-Vitorja, il-pjazza ewlenija tar-raħal, kull nhar ta’ Erbgħa fid-9:00 ta’ filgħaxija matul ix-xhur ta’ Lulju u Awwissu 2019.  L-ewwel rappreżentazzjoni tkun dik ta’ nhar is-3 ta’ Lulju u l-aħħar waħda dik ta’ nhar is-21 ta’ Awwissu.  Id-dħul huwa b’xejn.

Xagħratale, bl-istorja antika tagħha, tgħani u ssaħħar il-waqfa tiegħek fil-gżira ta’ Kalipso.

Il-Banda Konti Ruġġieru ddoqq fi Sqallija fl-okkażżjoni tal-150 sena mit-twaqqif tagħha

Bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet tal-150 sena mit-twaqqif tal-Banda Konti Ruġġieru tar-Rabat, din il-Banda telgħet fi Sqallija biex tipparteċipa fil-Festa ta’ San Pawl f’Palazzolo Acreide.

L-impenji tal-Banda f’din il-belt tal-UNESCO bdew il-Ġimgħa filgħaxija b’marċ madwar it-toroq ta’ Palazzolo. Biex is-Sibt filgħaxija l-banda tilqa’ wkoll l-istatwa ta’ San Pawl ħierġa mill-Bażilika ddedikata lil dan il-patrun fl-istess belt.

Tul il-jum tal-Ħadd l-istatwa ta’ San Pawl ħarget ukoll idur madwar il-Belt fejn ġiet milqugħa minn spettaklu ta’ karti kkuluriti li ġew mtajjra mill-faċċata tal-istess knisja. F’din il-festa li saret il-Ħadd wara nofsinhar ipparteċipaw għexieren ta’ Rabtin fejn ġiet preżentata wkoll ħobza tradizzjonali fil-forma ta’ emblema tal-Kumitat tal-Festi ta’ San Pawl tar-Rabat.

L-impenji tal-Banda fi Sqallija bdew ġimgħa ta’ servizzi mill-istess banda għal-Festa tal-martirju ta’ San Pawl li se tiġi ċċelebrata fir-Rabat tul il-ġimgha li ġejja, li fihom mistennija jkompli jiġu mmarkati l-150 sena mit-twaqqif ta’ din il-banda.

Intant, il-Banda Konti Ruġġieru twaqqfet uffiċjalment nhar il-25 ta’ Lulju tal-1869 permezz ta’ kuntratt notarili bejn 17-il bandist u s-Surmast Epifanio Agius, u għalhekk hi fost l-ewwel baned li ġew imwaqqfa uffiċjalment permezz ta’ kuntratt.

Fi Sqallija l-Banda qed titmexxa mis-Surmast Direttur tagħha Mro. James Chapel.

Bosta jissaħħru bil-fenomenu tas-solstizju tas-sajf

Hekk kif l-ewwel raġġi tax-xemx tas-sajf 2019 feġġew, il-kuridur ċentrali tat-tempju megalitiku tal-Imajdra kien kikaretterizzat minn dawl dehbien li għalih attendew bosta u ssaħħru b’dan il-fenomenu. Dan il-fenomenu magħruf bħala s-solstizju tas-sajf deher il-Ġimgħa filgħodu u kienu mhux biss il-Maltin li attendew għalih iżda anki ħafna turisti.

Għalkemm mhux magħruf b’ċertezza jekk dawn l-orjentazzjonijiet inbnewx b’intenzjoni, il-fatt jibqa’ li tant huma sistematiċi li huwa pjuttost probabbli li aktar minn ħames t’elef sena ilu dawn it-tempji inbnew b’tali mod li bir-raġġi tax-xemx jiġu osservati l-bidu tal-istaġuni.Aqra aktar

The Travellers, Skald u Mistura fost it-talenti lokali f’Għanafest 2019

The Travellers, Skald u Mistura, fost l-oħrajn, se jkunu qegħdin jagħtu spettaklu uniku waqt l-Għanafest ta’ din is-sena, li se tkun qiegħda ssir llejla 21 ta’ Ġunju u għada 22 ta’ Ġunju fi Ġnien l-Argotti fil-Furjana.

Il-Ministru Owen Bonnici żar l-aħħar preparamenti, fosthom il-provi ta’ The Travellers li se jkunu qed jagħtu spettaklu llejla fl-Argotti. Permezz ta’ festivals bħall-Għanafest, qegħdin nagħtu spazju xieraq lit-talent lokali biex jimraħ u jsaħħaħ il-karriera mużikali tiegħu, filwaqt li nkomplu nippromwovu l-aċċessibbiltà għall-avvenimenti kulturali Maltin ta’ kwalità għolja.Aqra aktar

Send this to a friend