Kultura – Page 11 – One News

Notifiki

30 sena ilu ntemmet il-Gwerra l-Bierda

Ma ffirmaw l-ebda ftehim u tkellmu fuq baħar jiċċaqlaq fil-bidu ta’ Diċembru ta’ tletin sena ilu.

Bejn it-2 u t-3 ta’ Diċembru tal-1989 il-President Amerikan George Bush u s-Segretarju Ġenerali tal-Unjoni Sovjetika Mikhail Gorbachev iltaqgħu fuq il-bastiment Sovjetiku Maksim Gorkiy fil-Malta Summit, ftit ‘il barra minn Birżebbuġa.

Bosta jqisu din il-laqgħa bħala waħda li rat it-tmiem tal-gwerra l-bierda, għalkemm bosta jsostnu li l-effetti ta’ din il-gwerra siekta iżda perikoluża għadhom jinħassu sal-lum.Aqra aktar

Il-pjazza tax-Xagħra ser tinbidel f’villaġġ tal-Milied

Nhar il-Ħadd li ġej, 8 ta’ Diċembru, Pjazza il-Vitorja, fix-Xagħra Għawdex ser tkun qed tinbidel f’villaġġ tal-Milied, hekk kif ser jittellgħu diversi attivitajiet assoċjati ma’ dawn il-festi tal-Milied.

Din l-attivita ser tkun għall-familja kollha, hekk kif ser ikun hemm diversi logħob għat-tfal, bejgħ ta’ ikel fosthom dak assoċjat mal-Milied, lotteriji, att mill-Gran Mastru li ser jiftaħ il-festi tal-Milied, snajja u tradizzjonijiet oħra.

Segwi l-programm…

Il-Banda Żejtun b’mawra fl-Eġittu

Il-lejla għall-ħabta tal-11:00 ta’ filgħaxija l-Banda Żejtun flimkien ma’ Circolo Santa Caterina b’ kontinġent ta’ madwar 60 ruħ tibda mawra fl-Eġittu, ġewwa l-ibliet importanti ta’ Lixandra u l-kapitali tal-Eġittu l-Kajr. Aqra aktar

Attività biex tfakkar it-twelid tal-Għaqda Mużikali Marija Assunta tal-Gudja

Matul din is-sena, l-Għaqda Mużikali Marija Assunta tal-Gudja qiegħda tiċċelebra bil-kbir żewġ anniversarji li jsawru parti importanti mill-istorja tagħha. Fix-xhur li għaddew kienu diversi l-attivitajiet li ġew organizzati biex ifakkru kif jixraq dawn l-avvenimenti: 100 sena mit-twaqqif tal-għaqda u 75 sena mill-ħolqien tal-banda tagħha. Aqra aktar