Kultura – One News

Notifiki

Il-Festival tal-Kanzunetta Maltija lura fuq il-palk

Bl-inizjattiva tal-Prim Ministru u l-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali, Festivals Malta qed tniedi uffiċjalment ir-ritorn ta’ dan il-festival tant prestiġjuż, bl-isem il-ġdid ta’ Mużika Mużika – Festival Kanzunetta Maltija.Aqra aktar

Il-Fondazzjoni Kottonera b’donazzjoni għar-restawr tal-kor tal-Kolleġjata ta’ San Lawrenz fil-Birgu

Wara ftehim mal-Parroċċa tal-Birgu, il-Fondazzjoni Kottonera se tkun qed tiffinanzja parti mir-restawr tal-pittura tal-kor tal-Kolleġġjata li turi l-Glorja ta’ San Lawrenz.

Il-pittura li hija biċċa xogħol imprezzabbli tal-pittur ċelebri Giuseppe Cali sofriet danni matul is-snin u qegħda f’punt fejn għandha bżon intervent, li se jsir mill-pittur Għawdxi Manwel Farrugia.

Il-ftehim ġie ffirmat miċ-Chairman tal-Fondazzjoni Glenn Bedingfield u Arċipriet tal-Birgu Dun Karm Busuttil, fil-preżena tal-Kap Eżekuttiv tal-Kurja Michael Pace Ross quddiem in-Nutar Ian Castaldi Paris.

Aqra aktar

Il-festa ta’ San Ġużepp f’Ħal Kirkop se tiġi ċċelebrata nhar il-Ħadd 12 ta’ Lulju

Hekk kif l-Awtoritajiet Ekkleżjastiċi ħabbru li setgħu jiġu ċċelebrati l-Festi tal-qaddisin b’mod ridott minn kif nafuh is-soltu, il-Ġużeppini Koppin ħasbu biex fiż-żmien qasir ta’ ftit ġimgħat jagħmlu l-almu tagħhom biex iħejju kif jixraq Festa xierqa lill-maħbub Patrijarka San Ġużepp. Din is-sena kellha tkun proprju waħda speċjali b’festa f’Marzu u oħra f’Lulju, minħabba li qed jitfakkar il-150 Anniversarju mill-Proklamazzjoni ta’ San Ġużepp bħala Patrun tal-Knisja Universali. Aqra aktar

Tfal jieħdu l-kontroll ta’ Earth Speakr

Earth Speakr hu xogħol artistiku interattiv ġdid mill-artist Olafur Eliasson li huwa mmirat biex itejjeb il-fehmiet tat-tfal dwar il-benesseri tal-pjaneta għall-ġejjieni. Ix-xogħol artistiku qiegħed iħeġġeġ lill-adulti, lil dawk li jieħdu deċiżjonijiet kurrenti, lil dawk il-persuni li jfasslu l-bidla u lill-mexxejja globali, biex jisimgħu dak li għandhom x’jgħidu t-tfal.  Earth Speakr juża r-realtà awmentata (augmented reality) u jinkludi app b’xejn u websajt interattiva (www.earthspeakr.art) disponibbli f’24 lingwa uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.  Eliasson ħoloq dan ix-xogħol artistiku fl-okkażjoni tal-Presidenza Ġermaniża tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (UE) 2020. Aqra aktar

Send this to a friend