Notifiki

Politiku Taljan jitlef ħajtu f’inċident tat-traffiku

Il-Membru Parlamentari Ewropew Taljan Gianluca Buonanno, li jirrappreżenta l-Lega Nord, miet il-Ħadd wara nofsinhar. Dan wara li kien involut f’inċident tat-traffiku f’Gorla Maggiore fil-provinċja ta’ Varese.

Mill-ewwel investigazzjonijiet tal-pulizija rriżulta li, għal ħabta tal-ħamsa ta’ wara nofsinhar, il-karozza li fiha kien hemm il-politikant ta’ ħamsin sena ħabtet ġo karozza oħra li fiha kien hemm tliet persuni.

Aqra aktar

Marquez u Rossi jerġgħu jsiru ħbieb

Wara li matul l-istaġun li għadda tal-MOTOGP is-sewwieqa rivali Valentino Rossi tal-Yamaha u Marc Marquez tal-Honda kienu ġġieldu u ma baqawx jitkellmu tant li lanqas iħarsu għajn f’għajn, lbieraħ reġgħu ġeddew il-ħbiberija tagħhom.

Wara tellieqa qalila f’Katalunja, maħsuda wkoll bit-telfa tas-sewwieq Luis Salom, iż-żewġ sewwieqa ħadu b’idejn xulxin wara li Rossi daħal fl-ewwel post u warajh Marquez.

Aqra aktar

Xi ħaġa wasslet biex qed isiru aktar trabi!

Suċċess kbir għal kampanja fid-Danimarka biex il-koppji żgħażagħ ikollhom aktar tfal – biex jagħmlu lill-anżjani tagħhom aktar kuntenti!

Il-gazzetta Politiken tisma’ li disa’ xhur wara l-kampanja, fid-Danimarka sal-aħħar tas-sajf li ġej mistennija jitwieldu 1,200 tarbija aktar minn kemm twieldu s-sena l-oħra.

Aqra aktar

Evakwati djar li jiswew miljuni kbar

Tliet persuni tilfu ħajjithom wara li maltempati kbar fl-Awstralja għarrqu xmajjar u bajjiet u qalgħu siġar minn posthom fil-kosta tal-Lvant.

Xita u rih ħakmu wkoll New South Wales fin-nofsinhar tal-pajjiż, kif ukoll Victoria u Tasmania. Hawn hu maħsub li qed jaffaċjaw l-agħar għargħar li qatt kien hemm f’deċenni.

Aqra aktar

Minn għawma biex tgħix, għal għawma biex tirbaħ

F’Awwissu tas-sena l-oħra kienet fuq dgħajsa mimlija immigranti irregolari fil-baħar Eġew fuq dgħajsa li kienet bdiet tagħmel l-ilma. It-tfajla Sirjana, li llum għandha 18-il sena la riedet tmut mgħarrqa hi u anqas l-20 kompattrijotti tagħha, fosthom oħtha. Qabżet il-baħar flimkien ma’ oħtha u mara oħra u flimkien imbuttaw id-dgħajsa b’saħħa liema bħala sakemm waslitha fil-kosta tal-gżira ta’ Lesbos.

Aqra aktar

Muhammad Ali jingħata l-aħħar tislima nhar il-Ġimgħa

Il-familja ta’ Muhammad Ali qed tistieden lil kullħadd biex imur jagħti tislima lill-boxer leġġendarju permezz ta’ funeral nhar il-Ġimgħa li ġej.

It-tislima li se tingħata lil Muhammad Ali li miet kawża ta’ infezzjoni u kumplikazzjonijiet oħra f’saħħtu se tingħata fil-post fejn kien jgħix, jiġifieri f’Louisville, f’Kentucky.Aqra aktar

Foresta f’kontroversja

Fil-Polonja għaddejja kontroversja dwar il-qtigħ ta’ siġar mill-foresta Białowieża, hekk kif l-awtoritajiet qed jimmiraw li jneħħu siġar infettati minn parassiti biex isalvaw siġar oħrajn.
Il-Foresta fiha 600 metru kwadru u huwa rikonoxxut mill-UNESCO bħala sit ta’ wirt dinji. Għaqdiet fil-Polonja favur l-ambjent jinsabu rrabbjati minħabba l-fatt li qed jaħsnu li jaqtgħu it-triplu tal-ammont ta’ siġar li normalment jinqatgħu, bħala l-uniku mezz biex siġar li m’humiex qed jiġu attakkati mill-parasiti ikunu protetti.

Imut Muhammad Ali

Il-leġġenda tal-boxing u eks champions Muhammad Ali miet fl-età ta’ 74 sena wara li fl-aħħar jiem kien rikoverat fl-isptar ta’ Phoenix, fejn kien ikkurat għall-problemi respiratorji.

Aqra aktar

Send this to a friend