Notifiki

Mingħalihom se jaraw id-dniefel imma jispiċċaw IS-SIRJA

Tliet ġuvintur Ingliżi qed jgħidu li spiċċaw is-Sirja bi żball, wara li telgħu fuq dgħajsa b’oħra minn Ċipru.

Lewis Ellis ta’ 25 sena, Alex McCormick ta’ 19 u James Wallman ta’ 23 sena kienu waqt btala f’Ayia Napa, meta xorbu ftit iżżejjed wara lejl barra u telgħu fuq vapur li mingħalihom kien se jeħodhom jaraw id-dniefel.

Aqra aktar

Ħames sigħat irqad mhux biżżejjed

Aħbar ħażina għal dawk li jorqdu ftit u anke għal dawk il-ħaddiema li jaħdmu matul il-lejl u matul il-jum ma jiġihomx in-nagħas: Min jorqod ħames sigħat jew inqas ikun qed ibiddel ir-ritmu tat-taħbit tal-qalb.

Dan joħroġ minn studju magħmul mill-Università ta’ Chicago fejn 25 persuna adulta tħallew jorqadu biss ħames siegħat kull 24 siegħa: nofshom kienu jorqdu bil-lejl u n-nofs l-ieħor matul il-jum, bħal ma jagħmlu dawk li jaħdmu bix-xift ta’ bil-lejl.

Aqra aktar

Il-KE tinvesti €6M f’appoġġ għal stabbilità fil-Libja

Il-Kummissjoni Ewropea ħabbret li se tinvesti ‘l fuq minn €6 miljun f’appoġġ lejn l-isforzi għal stabbiltà fil-Libja.
Minn dawn, €5 miljun se jmorru għall-inizjattiva tal-Gvern Libjan tal-għaqda nazzjonali, għal faċilità ta’ stabilizzazzjoni fil-pajjiż. Inizjattiva sostnuta mill-Programm ta’ żvilupp tan-Nazzjonijiet magħquda u l-komunita’ internazzjonali.Aqra aktar

Berlusconi ddaħħal l-isptar b’uġigħ f’qalbu

L-eksPrim Ministru Taljan, Silvio Berlusconi ddaħħal l-isptar wara uġigħ relatat ma’ qalbu. Berlusconi, li għandu 79 sena, qed isostni li l-istress huwa l-kaġun ta’ dan l-uġigħ. Kelliema għal Forza Italia, il-partit politiku ta’ Berlusconi, ħabbru li t-testijiet li qed isirulu kienu diġà ppjanati iżda inħasset il-ħtieġa li jsirulu aktar kmieni. Il-kundizzjoni tal-eksPrim Ministru Taljan mhix waħda gravi.

Imwaqqaf milli jikkaġuna traġedji kbar

Aġenziji tas-Sigurtà Sigrieti Ukreni ikkonfermaw li żammew raġel Franċiż li fuqu kellu ammont kbir ta’ armi, u li kien qed jippjana attakki tal-massa għall-logħob tal-Euro 2016.

Ir-raġel, identifikat biss bħala Gregoire M, għandu 25 sena u kien arrestat ix-xahar li għadda fil-konfini bejn l-Ukrajna u l-Polonja. Kien qed jippjana 15-il attakk b’kollox, motivat minn ideoloġiji estremisti. Għand ir-raġel instabu snieter differenti inkluż ħames Kalashnikovs, 100 detonator, 5,000 tip ta’ munizzjon u 125kg ta’ splussiv TNT.

Ir-raġel kien jaħdem ġo koperattiva tal-biedja u kien minn Lorraine, fil-Punent ta’ Franza. Forzi sigrieti Ukreni qalu li kienu ilhom b’għajnejhom fuqu minn Diċembru.

An SBU video showed the moment of arrest on the border with Poland

Send this to a friend