Notifiki

Tsipras jiddefendi

Il-Prim Ministru Alexis Tsipras iddefenda bidliet fil-pensjonijiet u riformi fit-taxxa li kienu approvati mill-Parlament Grieg.

Il-miżuri kontroversjali jemmen li huma neċessarji bħala parti minn riforma biex il-pajjiż jingħata aktar għajnuna finanzjarja, liema għajnuna għandha tiġi diskussa waqt laqgħa bejn il-Ministri tal-Finanzi illum.

Aqra aktar

Il-privat għandu jibqa’ privat – il-Prinċep Harry

Il-Prinċep Harry kritika dak li sejjaħlu ndħil eżaġerat fil-ħajja privata tiegħu. Huwa kien qed jintkellem f’intervista li saritlu mill-BBC, fil-bidu tal-Invictus Games fi Florida.

Ilmenta li l-linja bejn il-ħajja privata tiegħu u dik pubblika m’għadhiex teżisti. Stqarr li kulħadd għandu dritt għall-privatezza u sostna li se jkompli jaħdem biex jiżgura li tinżamm id-distinzjoni.

Aqra aktar

Nirien kbar jippersistu fil-Kanada

Nirien kbar qed ikomplu jaħkmu il-provinċja t’Alberta fil-Kanada, tant li anke inxterdu fi provinċja oħra, dik ta’ Saskatchewan.

L-arja sħuna u r-riħ qawwi qed ixejnu l-isforzi tal-ħaddiema tal-protezzjoni ċivili li qed jippruvaw jitfu n nirien.

Uffiċjali qalu li nirien bhal dawn huma komuni u fil-passat gieli damu ghaddejja ix-xhur.
Kawża tan-nirien mat-tmenin elf persuna kellhom jigu evakwati mill-belt ta’ Fort McMurray filwaqt li eluf ohra jinsabu maqbuda fit-tramunta tar-regjun.

Aqra aktar

Kanada: nirien itellfu anke l-evakwazzjoni

In-nirien kbar li ħakmu l-belt Kanadiża Fort McMurray xekklu saħansitra l-ħidma ta’ evakwazzjoni.

Il-fjammi qed jiħdu s-600 pied ogħli. Partijiet mill-belt fil-provinċja Alberta nqerdu wara li n-nirien bdew aktar kmieni din il-ġimgħa. Uffiċjali jemmnu li n-nar se jirdoppja fl-24 siegħa li jmiss.

Aqra aktar

Papa Franġisku rikonoxxut għas-servizz tiegħu lejn Ewropa magħquda

Il-Papa Franġisku ngħata l-Premju Charlemagne għas-servizz tiegħu lejn Ewropa magħquda.

Quddiem udjenza mdaqqsa, li fosthom kien hemm il-Kanċillier tal-Ġermanja Angela Merkel, il-Papa saħaq li huwa joħlom li jara l-Ewropa bħala post fejn wieħed ikun immigrant ma tkunx xi ħaġa ta’ skrutinju, u li l-Ewropa tibqa’ tippromovi u tipproteġi d-drittijiet ta’ kull individwu, irrelevanti minn fejn hu ġej.Aqra aktar

Il-Pulizija Belġjana kienet taf mill-2014 dwar il-pjanijiet tal-aħwa Abdeslam

Skont rapporti dwar l-attakki f’Pariġi , Il-pulizija Belġjana kellha informazzjoni min-nofs is-sena 2014 dwar il-ħsieb li kellhom Salah u Brahim Abdeslam li jwettqu attakk fuq il-belt ta’ Pariġi .

Brahim Abdeslam sploda lilu nnifsu matul l-attakki f’ Pariġi f’ Novembru li għadda, attakk li matulu qatel 130 persuna, filwaqt li ħuħ Salah ħarab minn fuq il-post u ġie arrestat fi Brussel fl-aħħar xahar, propju erbat ijiem qabel l-attakki terroristiċi fi Brussell.

Il-konklużjonijiet tar-rapport, li kopja tiegħu kienet miksuba mis-sit POLITIKO,  jgħid kif r- radikalizzazzjoni tal-aħwa, konnessjonijiet bejn l-aħwa u l-moħħ wara l-attakki ta’ Pariġi Abdelhamid Abaaoud, kif ukoll l-intenzjoni tagħhom li jagħmlu xi tip ta ‘att, kien magħruf mill-forzi tas-sigurta’ Belġjani sew qabel l-attakki.

Is-sezzjoni kontra t-terroriżmu tal-pulizija sostniet li ma setatx tagħmel rapport kriminali dwar l-aħwa, dan wara li ma setax jiġi stabbillit b’ċertezza min mill-aħwa kien involut f’dawn il-pjanijiet.  Iżda ir-rapport li annalizza l-argumenti mressqa mill-pulizija, qal li l-ismijiet taż-żewġ aħwa li kienu jgħixu Molenbeek fi Brussell, kienu diġa mniżla fid-database tal-pulizija.

Il-pulizija kellhom ukoll f’idejhom komputers, USB sticks u informazzjoni dwar it-telefonati tal-aħwa Abdeslam sa minn Frar tal-2015, iżda r-rapport jgħid li din l-informazzjoni ma ntużatx, “L-anqas wara Pariġi, u l-anqas riċentament.”

‘Le Soir’ irrapurtat kif it-talba mill- prosekuturi Belġjani sabiex ikunu jistgħu janallizzaw it-telefonati u l-imejls tal-aħwa Abdeslam ġiet miċħuda mill-pulizija minħabba nuqqas ta ‘riżorsi. Din it-talba saret mis-sezzjoni kontra t-terroriżmu, wara li gew interrogati l-aħwa mill-awtoritajiet, wara suspett li kienu qiegħdin jippjanaw vjaġġ lejn is-Sirja fil-bidu tal-2015. Kien propju fil- 21 ta’ April 2015, li l-pulizija ddeċidiet li l-fajl tal-aħwa Abdeslam ma kellhu l-ebda bżonn li jiġi revedut.

Dan ir-rapport li eżamina n-nuqqasijiet tal-pulizija rigward l-attakki ta’ 13 ta’ Novembru f’Pariġi, ġie abbozzat mill-Comite’ P, li kien magħmul sabiex jinqara minn  Membri Parlamentari li kienu pprojbiti milli jieħdu noti minn dan ir-rapport kif ukoll ma setawx jieħdu koppja tar-rapport mill-kamra.

“Boom!” – Justin Trudeau

Il-Prim Ministru Kanadiż Justin Trudeau tella’ dan il-filmat fuq Facebook, li fih juri l-appoġġ tiegħu lejn it-tim Kanadiż fl-Invictus Games.

F’dawn il-logħob jintuża l-isport biex jispira r-riabilitazzjoni ta’ dawk li ndarbu huma u joffru servizz lill-pajjiż. Din is-sena l-logħob ser isir f’Orlando, Florida, bejn t-tmienja u t-tnax ta’ Mejju.

Aqra aktar

Tarbija li twieldet b’ 31 saba’

Tarbija ta’ 4 xhur bl-isem ta’ Hong Hong li twieldet fiċ-Ċina, hija tarbija b’31 saba’.

It-tobba qalu kif dan it-tifel għandu kundizzjoni msejħa polydactylism. Din il-kundizzjoni twassal sabiex minn ikollu lilha, jitwieled b’ iżjed swaba minn normal. L-istess kundizzjoni ma nsibuhiex biss fost il-bnedmin iżda nsibuha ukoll fost il-klieb u l-qtates. Children’s Healthcare of Atlanta tgħid kif din hija kundizzjoni komuni u li taffetwa wieħed minn kull 1000 persuna.

Aqra aktar

Send this to a friend