Notifiki

Ranieri l-aħħar li jkun jaf!

Jekk Leicester City ikunu inkurunati champions tal-Premier Legue Ingliż illejla b’rebħa ta’ Chelsea fuq Tottenham, il-kowċ tagħhom Claudio Ranieri se jkun l-aħħar wieħed li jkun jaf. Skont il-BBC, dan għaliex huwa jkun fuq l-ajruplan ġej lura mill-Italja fejn illum se jippranza ma’ ommu Renata ta’ 96 sena.

Aqra aktar

Il-bexx kontra n-nemus u l-effetti fuq it-tfal: studji ġodda

Studju ġdid jissuġġerixxi li jista’ jkun hemm relazzjoni bejn il-bexx mill-ajru biex jinqatlu n-nemus fl-Istati Uniti u żieda fir-riskju li t-tfal idumu biex jiżviluppaw u saħansitra jkollhom l-awtiżmu.

F’dan l-istudju, ippreżentat fil-laqgħa ta’ din is-sena tal-Pediatric Academic Societies, l-awturi jirrapurtaw li t-tfal li jgħixu fl-inħawi fejn bexx bħal dan isir kull sajf, kellhom 25% aktar ċans li jkunu hekk affettwati.

Aqra aktar

Il-Prim Ministru tal-Iraq jordna l-arrest ta’ protestanti

Il-Prim Ministru tal-Iraq Haider al Abadi ordna l-arrest ta’ attivisti ‘Shia Muslim’,  li pprotestaw billi qabdu u daħlu fil-bini tal-Parlament f’Baghdad. Mijiet ta invidiwi li jappoġġjaw lill-kleriku Moqtada al Sadr, ipporotestaw  kontra l-Gvern attwali tal-Iraq talli ma ħax azzjoni kontra l-korruzzjoni.

Il-Midja internazzjonali tikkonferma li pulizija viċin tal-ambaxxata Amerikana f’Baghdad sparaw ‘tear gas’ fuq dawk li kien qed jipprotestaw. Huwa kkonfermat ukoll li minn tal-inqas membru parlamentari wieħed ġie attakkat minn dawn.

Il-Prim Ministru Abadi saħaq li l-ordni tal-arrest ta’ dawn in-nies hija minħabba l-atti vandali fuq propjetajiet tal-Istat,u li danw għandhom jirċievu il-pieni li ħaqqhom.

Ritratt: BBC

Ġmiel ta’ ritratti tal-Prinċipessa Charlotte f’għeluq l-ewwel sena tagħha

Fil-ħinijiet li għaddew Kensington Palace ppubblika l-ewwel ritratti tal-Prinċipessa Charlotte hekk kif għada se tkun qed tiċċelebra l-ewwel sena tagħha. Ir-ritratti, meħudin minn ommha Kate, juru li ċ-ċkejkna bdiet tagħmel l-ewwel passi tagħha.

Charlotte, b’għajnejha blu u xahar kannella, tixbah lil ħuha George kif jixhdu r-ritratti li ttieħdu sentejn ilu f’għeluq l-ewwel sena tiegħu u liema ritratti jinsabu fin-Natural History Museum.

 

Splużjoni fit-Turkija … tmut persuna u jindarbu tlettax oħra

Fit-Turkija, splużjoni ta’ karozza bomba ħdejn għassa tal-Pulizija fil-belt ta’ Gaziantep, li tinsab fin-nofsinhar tal-pajjiż, ħalliet minn tal-inqas persuna mejta u tlettax-il persuna midruba, inkluż disa’ pulizija.

Fl-aħħar xhur żdiedet l-instabilità fit-Turkija hekk kif dan il-pajjiż qed jintlaqat mill-vjolenza mdemmija li ħakmet il-pajjiż ġar tagħha, is-Sirja.

CNN Turk irrappurtat li l-isplużjoni nstemgħet minn diversi kilometri ’l bogħod.

Aktar dettalji fil-ħin li ġej.

Baħar imqalleb – mill-inqas 84 mejta

Il-baħar Mediterran imqalleb ta’ dawn l-aħħar 48 siegħa ħataf il-ħajja ta’ 84 immigrant.

Skont l-Organizazzjoni Internazzjonali għal-Migrazzjoni, dawk li għerqu l-bieraħ kienu qed jivjaġġaw fuq dgħajsa żgħira, madwar sebgħa kilometri ‘l barra mill-kosta ta’ Sabrataha, fil-Libja.

Aqra aktar

Traġedja Taljana – tifla ta’ 4 snin tmut mgħaffġa

Inċident mhux tas-soltu fl-Italja ħalla tifla ta’ erba’ snin mejta.

It-tilfa Naplitana mietet mgħaffġa minn kanċell ġo villa żgħira. Rapporti fil-media Taljana jgħidu li niżlet mill-karozza tal-ġenituri tagħha flimkien ma’ membru tal-familja tagħha. Resqet lejn kanċell li, biex jinfetaħ, wieħed irid ikaxkru mal-art.

Aqra aktar

Cristiano Ronaldo … titkellem għalih ommu

Dolores Aveiro, omm Cristiano Ronaldo, temmet spekulazzjonijiet dwar il-futur ta’ binha b’The Sun tirrapporta li qalet li jinsab kuntent mal-klabb ta’ Real Madrid u li jixtieq itemm il-karriera tiegħu fil-kapitali Spanjola.

Għal iżjed minn darba kien qiegħed jiġi rrappurtat li l-istilla ta’ 31 sena kien se jerġa’ jissieħeb ma’ Manchester United. F’rapporti oħrajn intqal li d-diriġenti ta’ Ronaldo kienu għaddejjin b’diskussjonijiet mal-Paris Saint Germain u l-MLS.

Aqra aktar

Send this to a friend