Internazzjonali – Page 7 – One News

Elezzjonijiet lokali fi Franza minkejja l-imxija tal-Coronavirus

Fi Franza, matul il-ġurnata tal-Ħadd għaddejjin l-elezzjonijiet lokali madwar il-pajjiż. Din l-elezzjoni qed issir f’nofs l-imxija tal-Coronavirus.

Il-votazzjoni fetħet fis-7 ta’ filgħodu u se tibqa’ miftuħa sas-6 ta’ filgħaxija. Sas-sagħtejn ta’ wara nofsinhar ivvutaw 18% biss, 5% inqas mill-aħħar elezzjonijiet li saru fl-2014.

Sabiex jipprevenu l-firxa ta’ dan il-virus, l-uffiċjali lebsin l-ingwanti u hemm is-sanitisers fl-entratura tal-postijiet tal-votazzjoni.

Franza hija waħda mill-iktar postijiet milquta minn dan il-virus fil-kontinent Ewropew wara l-Italja u Spanja. F’dan il-pajjiż ingħalqu l-postijiet pubbliċi fosthom restoranti u postijiet ta’ divertiment.

L-Istati Uniti tissospendi t-titjiriet mill-Ingilterra u l-Irlanda

Il-Viċi President Amerikan Mike Pence ħabbar li mit-Tnejn, l-Istati Uniti se tagħlaq il-fruntiera wkoll għall-Ingilterra u l-Irlanda.

Din il-miżura ssegwi s-sospenzjoni tat-titjiriet minn 26 pajjiż mill-kontinent Ewropew, li bdiet mis-Sibt.

B’kawża ta’ dan il-virus, fl-Amerka mietu 51 perusuna u ftit inqas minn 2,500 persuna nfettati.

Send this to a friend