Ħdax-il membru Parlamentari Ġermaniż ta’ oriġina Torka tpoġġew taħt il-protezzjoni tal-pulizija. Huma rċivew theddid ta’ mewt wara li appoġġjaw deċiżjoni biex il-massakru tal-Armeni mit-Torok Ottomani fl-1915 jitqies bħala ġenoċidju.

Ħdax-il membru Parlamentari Ġermaniż ta’ oriġina Torka tpoġġew taħt il-protezzjoni tal-pulizija. Huma rċivew theddid ta’ mewt wara li appoġġjaw deċiżjoni biex il-massakru tal-Armeni mit-Torok Ottomani fl-1915 jitqies bħala ġenoċidju.
Il-pika bejn partitarji Ingliżi u Russi inħasset sa mill-bieraħ filgħodu u kompliet teskala filgħaxija. Wara l-logħoba tal-EURO 2016 bejn iż-żewġ timijiet fi Franza, ir-Russi ħebbu għas-sapporters Ingliżi.
B’riżultat ta’ dan, mill-inqas 31 persuna ndarbu, erba minnhom b’mod gravi. Dawn jinkludu uffiċċjali tal-Pulizija Franċiża.
L-awtorijajiet Libjani qalu li ħadu mill-ġdid il-kontroll tal-port u l-belt ta’ Sirte. Dan wara ġlied vjolenti kontra militanti tal-Istat Iżlamiku, l-ISIS.
Sirte hija meqjusa bħala l-ikbar fortizza tal-ISIS u l-aktar waħda sinifikanti barra mill-Iraq u s-Sirja. Iktar kmieni din il-ġimgħa, ajruplani tal-gwerra tefgħu bombi fuq din il-belt, filwaqt li forzi mill-baħar ukoll sparaw missili lejn il-port. Dawn l-azzjonijiet militari qed jitmexxew mill-gvern ta’ Tripli bl-appoġġ tan-Nazzjonijiet Maqgħuda.
Il-Piloti tal-linja nazzjonali Franċiża bdew erba’ t’ijiem ta’ strajk li jistgħu jġibu fix-xejn il-pjanijiet ta’ eluf ta’ partitarji fit-tieni jum tal-Euro2016.Aqra aktar
Bil-logħob tal-EURO 2016 jibda llejla, one.com.mt se jkun qiegħed jagħti ħarsa lejn it-timijiet li jidħlu fl-azzjoni. Dan b’dettalji dwar kull grupp ma’ kull jum li jibda l-logħob mill-istess grupp. Hekk kif illejla tintlagħab il-logħba bejn Franza u r-Rumanija, dawn huwa l-isfond tat-timijiet li se jieħdu sehem fi grupp A.
Il-leġġena tal-boxin Muhammad Ali jingħata l-aħħar tislima llum. Segwi hawn taħt b’mod diretti is-servizz ta’ tifkira li se jingħata hekk kif imxandar minn New York Times.
Minkejja li propju llum jagħlaq 95 sena l-Prinċep Philip,l-familja rjali qed tiċċelebra għeluq id-90 sena tar-Reġina Eliżabetta II!
Il-familja rjali, kif ukoll ħafna politiċi u dinjitarji, llum attendew ċerimonja fil-Katidral ta’ San Pawl sabiex jonoraw għeluq id- 90 sena tar-Reġina. Dan l-avveniment beda ċ- ċelebrazzjonijiet li jonoraw lir-reġina, ġewwa l-Ingilterra. Il-Gran Duka ta’ Edinburgh akkumpanja lir-Reġina Elizabetta II waqt din iċ-ċerimonja. Il-prinċep Charles u martu Camilla, id- Dukessa ta’ Cornwall, kienu prezenti wkoll.
F’dawn l-avvenimenti bla dubju jispikka l-ilbies lussuz tal-familja rjali. Ir-reġina Elizabetta għazlet ilbies isfar filwaqt li rajna lid-Dukessa Camilla u d-Dukessa ta’ Cambridge Kate Middleton bi ħwejjeġ ċelesti.
‘X’ħin kiltu ħassni kuntenta.’
‘Differenti – sħabi bdew jgħiru naqra xħin għedtilhom.’
Din kienet ir-reazzjoni ta’ wħud li kielu towst partikolari f’Hong Kong u li ġibdet l-attenzjoni ta’ bosta. Towst tal-qawsalla – hekk qed isejħulu! Dan għax huwa ikkulurit permezz tal-ġobon li jintuża – ġobon togħma ta’ ħabaq, tadam u saħansitra lavanda, li jtiħ lewn differenti.
Ninsabu fuq l-għatba tal-ħmistax-il edizzjoni tal-kampjonat tal-Euro, it-tielet wieħed li se jkun qed isir fi Franza.
F’xahar sħiħ se jintlagħbu total ta’ wieħed u ħamsin logħba f’għaxar grawnds differenti, bil-finali ssir fl-għaxra ta’ Lulju f’Stade de France, l-istess grawnd li se jospita l-logħba tal-ftuħ bejn Franza u r-Rumanija.
Send this to a friend