Internazzjonali – Page 681 – One News

Notifiki

Sigħat qabel il-verdett… Min kienu l-protagonisti tal-kampanja?

Il-kampanja referendarja fir-Renju Unit kienet waħda kkulurita. B’personalitajiet bħal Boris Johnson u Nigel Farage fuq naħa u politiċi ta’ awtorità bħal Prim Ministru David Cameron u l-eks Prim Ministru Gordon Brown fuq naħa oħra, il-poplu Brittaniku kellu ħafna x’jixtarr.

Fil-filmat ta’ hawn taħt inħarsu lejn il-personalitajiet f’din li kienet kampanja li waslet għal waħda mill-ikbar deċiżjonijiet tar-Renju Unit.Aqra aktar

Aktarx qabduh!

L-uffiċjali ta’ Florida jemmnu li qabdu l-kukkudrill li l-ġimgħa li għaddiet, kaxkar tifel ta’ sentejn waqt li kien fis-Seven Seas Lagoon qrib kumpless ta’ Disney f’Orlando. Il-kukkudrill ġie identifikat wara li tqabblu l-marki tas-snien tiegħu ma’ dawk misjubin fuq ġisem it-tifel.Aqra aktar

“Ieqaf jekk jogħġbok, papa’, ieqaf”

Raġel Awstraljan ingħata sentenza ta’ 22 sena ħabs wara li għal 61 darba abbuża mit-tifla tiegħu filwaqt li ipparteċipa u assista f’atti sesswali li hu kien iġiegħel lil bintu tagħmel ma’ irġiel oħra. Dawn l-abbużi saru bejn is-sena 2013 u 2015, jiġifieri għal-sentejn sħaħ li matulhom it-tifla kellha l-eta’ ta’ bejn ħdax u tlettax-il sena.

Din it-tifla kienet tgħix ma missierha wara li l-ġenituri tagħha isseparaw.

Dan il-missier ta’ 42 sena mhux talli abbuża minn bintu hu, talli irranġa biex sitt irġiel oħra jkunu jistgħu jabbużaw minnha wkoll.

Aqra aktar

Pawża qabel tigdem difrejk

Kull sena, mat-tliet miljun persuna jmutu kawża tad-diarrhea u kif probabbilment konxju, l-aqwa mod biex tipprevjeni t-tixrid tal-mikrobi u mard bħal dan huwa billi taħsel idejk ta’ spiss.

F’ħafna postijiet, liġijiet u regolamenti dwar is-saħħa pubblika qegħdin ikunu implimentati sabiex jassiguraw li dawk fis-servizz tal-ikel, iżommu jdejhom indaf.Aqra aktar

Tfal ta’ tliet snin saru pupi tas-sess

‘Sex dolls’ li qed jinbiegħu onlajn u esportati lejn l-Ingilterra huma ibbażati fuq il-figura ta’ tfal bniet ta’ tliet snin.
Is-sit AliExpress fost oħrajn qed ibiegħ legalment onlajn dawn is-‘sex dolls’, li huma twal bejn 100-140cm li normalment ikun it-tul ta’ tfal bejn 3 u 9 snin.
Dawn iċ- ‘Child sex dolls’ huma popolari ħafna max-xerrejja madwar id-dinja.

Immaġinak maqbud fil-plastik!

Fl-ibħra jintremew madwar 5.25kg triljun ta’ plastik. Dan iwassal għall-qtil ta’ miljuni ta’ speċi fis-sena għax jaħsbuh ikel u jifggħu fih.

Fil-jiem li għaddew, f’Washington, D.C, grupp ta’ żgħażagħ ħadu l-inizjattiva biex joqogħdu taħt biċċa plastik kbira, jitqabdu u juru li jinsabu f’diffikultà biex iqajmu kuxjenza. Din hija l-istess tip ta’ sitwazzjoni li jsibu ruħhom fihom annimali bħall-fkieren u dniefel meta jersqu lejn plastik li jintrema fil-baħar. Aqra aktar

Kummentatur jintilef mal-gowl tal-Iżlandiżi

Id-dinja tal-football għandha ‘king’ ġdid f’dak li huwa kummentarju.

Hekk iddeskrivit The Telegraph lil Martin Tyler, li malli l-Erbgha filgħaxija l-Iżlanda rebħu lil Awstrija, f’ewforija sħiħa, infexx jgħajjat tant li saħansitra kważi tilef il-vuċi tiegħu.Aqra aktar

Send this to a friend