Il-President Schulz, President Tusk u l-Prim Ministru Rutte iltaqgħu dalgħodu f’Brussel wara stedina tal- President tal- Kummissjoni Ewropea Juncker. Id-diskussjoni kienet dwar ir-riżultat tar-referendum li sar fir-Renju Unit.

Il-President Schulz, President Tusk u l-Prim Ministru Rutte iltaqgħu dalgħodu f’Brussel wara stedina tal- President tal- Kummissjoni Ewropea Juncker. Id-diskussjoni kienet dwar ir-riżultat tar-referendum li sar fir-Renju Unit.
Il-First Minister tal-Iskozja Nicola Sturgeon qalet li hemm probabbiltà kbira li jsir referendum dwar l-indipendenza tal-Iskozja. Qalet li huwa demkoratikament impossibbli li l-Iskozja toħroġ mill-Unjoni Ewropea kontra r-rieda tagħha. Kienu 62% l-Iskoċċiżi li vvotaw biex ir-Renju Unit jibqa’ fl-Unjoni Ewropea, u 38% ivvotaw kontra.
Il-valur tal-isterlina jkompli jaqgħa b’rata mgħaġġla. Dan huwa riżultat tad-deċiżjoni li ħadet ir-Renju Unit biex ma tibqax membru tal-Unjoni Ewropea.
Il-President tal-Parlament Ewropew Martin Schulz indirizza konferenza stampa wara li r-Renju Unit iddeċieda li ma jibqax membru tal-Unjoni Ewropea u ivvota favur BREXIT.
Huwa saħaq li jeħtieġ ikun hemm rispett kemm bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit. Huwa esprima d-diżapunt tiegħu għal dan ir-riżultat, iżda saħaq ukoll li jeħtieġ nirrispettaw s-sovrenita’ tal-pajjiż.
Minix il-kaptan addattat biex niggwida lil pajjiżna minn dan iż-żmien, għalhekk se nirreżenja. Emozjonat, il-Prim Minisru Ingliż David Cameron qal li d-deċiżjoni li jirreżenja kienet deċiżjoni diffiċli iżda meħtieġa għall-istabbilità tal-pajjiż.
Aqra aktar
Is-27 mexxej tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea huma determinati li jibqgħu magħquda u jħarsu lejn futur komuni. Hekk beda l-indirizz tiegħu l-President tal-Kunsill Ewropew Donald Tusk wara li l-poplu Ingliż ivvota biex joħroġ mill-Unjoni Ewropea.
Waqgħet fil-valur b’mod drammatiku l-isterlina. Dan wara li l-poplu tar-Renju Unit iddeċieda li pajjiżu għandu jitlaq mill-Unjoni Ewropea.Aqra aktar
Poll minn YouGov jindika li n-nies tar-Renju Unit ivvota aktar biex jibqa’ fl-Unjoni Ewropea milli biex jiltaq.
YouGov hija kumpanija li twettaq riċerka bbażata fir-Renju Unit.
Għalqet il-votazzjoni – il-poplu tar-Renju Unit iddeċieda jridx jibqa’ jew le fl-Unjoni Ewropea.
Issa li ngħalqu l-postijiet ta’ votazzjoni, il-futur tar-Renju Unit hu deċiż.
X’se jiġri minn issa ‘l quddiem?
XI TFISSER ‘BREXIT’? Hija l-kombinazzjoni tal-kelmiet Britain u Exit. M’hijix wisq oriġinali, għaliex ittieħdet mill-kelma Grexit li kienet użata s-sena li għaddiet biex tirreferi għall-eventwalità li l-Greċja toħroġ miż-Żona Ewro. Din il-mistoqsija bħal oħrajn fosthom dwar min jista’ jivvota, x’inhi l-mistoqsija li rrispondew u għaliex kellu jsir dan ir-referendum fil-filmat hawn taħt.
Send this to a friend