Internazzjonali – Page 678 – One News

Notifiki

Ryanair vs Brexit

Mur id-dar u vvota biex l-Ingliterra tibqa’ fl-UE. Dan hu l-messaġġ li qiegħed iwassal Ryanair lil dawk kollha eliġibbli jivvotaw fir-referendum li jiddetermina l-futur tar-Renju Unit.

Ryanair illum niedew skont fuq il-biljetti tal-ajru bl-isem “Fly Home to Vote Remain”.

Aqra aktar

Għargħar li jċaqlaq u joqtol

Għargħar li ħoloq valangi tat-tajn waqt maltempata kbira fi Sri Lanka ħalla 19–il persuna mejta u mijiet ta’ eluf mingħajr saqaf fuq rashom.

Huwa stmat li s’issa kważi 350,000 ġew milquta mill-għargħar. 200,000 minnhom kellhom jiġu evakwati minn djarhom.

F’belt ewlenija fil-pajjiż, niżlu kważi erba’ mitt millimetri ta’ xita f’temp t’24 siegħa. Il-maltempa waslet ġimgħat qabel ma jiftaħ l-istaġun tal-Monsoon, perjodu magħruf għal xita qalila, li normalment tikkawża l-valangi tat-tajn.

Aqra aktar

Seville għat-tielet darba, jew Klopp bl-ewwel waħda?

Illum tintlgħab il-logħba finali mill-Europa League. F’St.Jakob Park l-Iżvizzera, Liverpool jiltaqgħu kontra Sevilla.

Din se tkun is-seba’ finali tal-Europa League minn mindu sar eżerċizzju ta’ rebranding mill-UEFA Cup. Sevilla qed jittamaw li jsiru l-ewwel tim fl-istorja li jirbaħ tliet titli konsekuttivi, wara li għelbu lil FC Dnipro s-sena li għaddiet u u lill-ġganti Portugiżi Benfica fl-2014. Mhux se tkun faċli, fid-dawl li Liverpool irnexxilhom jgħelbu lill-favoriti Borussia Dortmund fi kwart ta’ finali straordinarju, minbarra li għelbu lill-Villarreal fis-semifinali.

Aqra aktar

Leicester City jagħmlu festa f’Bangkok

Iċ-ċampjins il-ġodda tal-Premier League Ingliż, Leicester City, ingħataw merħba liema bħalha f’Bangkok.

It-tim jinsab hemm hemm għal tour ta’ ċelebrazzjoni, u għandu ħafna għalxiex jiċċelebra, għax minn relegation sar ċampjin tal-leage fi staġun wieħed.

Liecester City huma tal-biljunarju Tajlandiż, Vichai Srivaddhanaprabha. Kien hu li organizza din iż-żjara f’Bangkok.

Aqra aktar

Trump lest jiltaqa’ ma’ Kim Jong-Un

Il-kandidat Amerikan għall-elezzjoni presidenjali Donald Trump qal li huwa lest jiltaqa’ mal-mexxej tal-Korea ta’ Fuq, biex jiddiskuti l-programm nukleari ta’ Pyongyang.

“M’għandix problema nkellmu” qal Trump dwar Kim Jong-un.

Jekk verament issir laqgħa ta’ dan it-tip, tkun tfisser bidla sħiħa fil-politika Amerikana fil-konfront tar-reġim iżolat tal-Korea ta’ Fuq.

Il-kandidata għad-Demokratiċi Hillary Clinton maqdret dik li sejħitlu ‘faxxinu stramb’ li Trump għandu lejn nies b’saħħithom madwar id-dinja.

Tella’ l-bandiera tal-IS tliet ġimgħat qabel l-attakki

Is-suspettat tal-attakki f’Pariġi Salah Abdeslam ippostja l-bandiera tal-Istat Iżlamiku fuq il-paġna tiegħu ta’ Facebook tliet ġimgħat qabel l-attakki.

Dan intqal mill-website Belġjana RTBF, li żiedet tgħid li l-awtoritajiet kienu konxji b’dan iżda ma ħadu l-ebda passi fil-konfront t’ Abdeslam.

Militanti tal-Istat Iżlamiku wettqu attakki bil-bombi u bil-pistoli f’diversi postijiet fit-tlettax ta’ Novembru f’Pariġi. B’kollox mietu mija u tletin persuna u ndarbu għexieren oħra.

Aqra aktar

Novella dwar mara li trid tirriffjuta l-brutalità umana … tirbaħ Man Brooker

The Vegetarian, novella dwar mara li trid tirrifjuta l-brutalità umana u li waqfet milli tiekol laħam, rebaħ il-premju internazzjonali Man Booker ta’ dis-sena.

Il-ktieb kien tradott minn Deborah Smith, li bdiet tgħallem lilha nnifisha l-Korean fl-elfejn u għaxra.

Iċ-ċermen tal-ġurija Boyd Tonkin qal li x-xogħol tal-awtriċi Koreana Han Kang kien bla dubju b’saħħtu u oriġinali.

Il-kittieba u t-tradutriċi Ingliża se jaqsmu l-premju bejniethom ta’ ħamsin elf sterlina.

Smith, li sal-età ta’ 21 sena kienet titkellem biss bl-Ingliż, iddeċidiet li ssir traduttur meta lestiet id-degree fil-letteratura Ingliża wara li nnutat in-nuqqas ta’ tradutturi tal-lingwi Ingliż u Korean.

 

‘Ċajt’ li mar ħażin ħafna

Erba’ membri miċ-channel ta’ YouTube ‘Trollstation’ ingħataw sentenza priġunerija, b’rabta ma’ falsifikar ta’ serq ta’ oġġetti u persuni.

Dan il-grupp ta’ ħbieb Ingliżi għamlu tabirruħhom li wettqu serqa min-National Portrait Gallery ta’ Londra u li ħatfu persuna fl-2015.

Aqra aktar

Send this to a friend