Notifiki

Vot kontroversjali kontra l-Iżrael

Il-Prim Ministru tal-Iżrael, Benjamin Netanyahu, sejjaħ ‘tal-mistħija’ il-vot tan-Nazzjonijiet Magħquda favur reżoluzzjoni li ġġiegħel lill-Iżrael iċċedi art fil-Palestina.

Saħaq li l-Iżrael mhux se jimxi ma’ dan il-vot li ttieħed nhar il-Ġimgħa fil-Kunsill tas-Sigurtà tal-istess Nazzjonijiet Magħquda.

Aqra aktar

Segwi lil Father Christmas fuq il-mappa

U issa tista’ anke saħansitra ssegwi fejn s’issa żar Father Christmas fil-ġita tiegħu madwar id-dinja biex iwassal ir-rigali f’kull dar madwar id-dinja. Dan hekk kif Google ħoloq mappa b’tip ta’ GPS li turi lil Father Christmas ‘jaqbeż’ minn pajjiż għal ieħor.

Aqra aktar

Facebook: Iċ-ċimiterju diġitali li qed jikber

In-numru tal-mejtin fuq Facebook qed jogħla b’mod allarmanti. Dan hekk kif sas-sena 2012, tmien snin biss wara li tnediet din il-pjattaforma, madwar 30 miljun persuna li kellha profil fuq Facebook b’xi mod jew ieħor kienet mietet. Dak in-numru kiber ferm iktar minn dak iż-żmien ‘l hawn, hekk kif estimi juru li madwar 8,000 persuna li tagħmel użu minn Facebook tmut kull ġurnata.

Aqra aktar

INVOLUTI WKOLL – arrestat in-neputi tal-qattiel ta’ Berlin u żewġ żgħażagħ oħra

Il-forzi tas-sigurta Tuneżini arrestaw lin-neputi tal-qattiel fis-suq tal-Milied f’Berlin flimkien ma’ żewġ suspettati oħra. Il-ministeru tal-intern Tuneżin qal li t-tliet persuni li għandhom bejn 18 u 27 sena kienu membri ta’ xibka ta’ terroristi u kienu arrestati l-Ġimgħa li għadda.

Il-Ministeru ddikjara li n-neputi tal-qattiel stqarr li kkomunika ma’ zijuh permezz ta’ Telegram. In-neputi żied jgħid ukoll li huwa kien jappoġġja lill-grupp tal-Istat Islamiku. Intant, il-Ġimgħa, l-Istat Islamiku ħareġ vidjow li juri lill-qattiel, Amri juri lealtà lill-mexxej tiegħu Abu Bakr al-Baghdadi.

“Tal-mistħija”

Il-Prim Ministru ta’ Iżrael, Benjamin Netanyahu, sejjaħ ‘tal-mistħija’ il-vot tan-Nazzjonijiet Magħquda favur reżoluzzjoni li ġġiegħel lill-Iżrael iċċedi art fil-Palestinjana.

Saħaq li l-Iżrael mhux se jimxi mal-vot ta’ nhar il-Ġimgħa fil-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Magħquda.

Ir-reżoluzzjoni titlob li l-Iżrael iċedi l-art f’Ġudea, Samaria u Ġerusalemm tal-Lvant. L-Istati Uniti astjenew mill-vot u m’użawx il-veto biex iwaqqfu r-reżoluzzjoni.

Diversi uffiċjali mill-Iżrael attakkaw lill-President tal-Istati Uniti Barack Obama u lis-Segretarju tal-Istat John Kerry ta’ din il-mossa.

Send this to a friend