Internazzjonali – Page 674 – One News

Notifiki

Għażla ‘speċjali’ għal Old Trafford

Jose Mourinho, li fl-imgħoddi laqqam lilu nnifsu bħala l-Ispecial One se jkun il-bniedem li għas-snin li ġejjin imexxi t-tim ta’ Manchester United. Hu se jieħu post dak li snin ilu isipirah biex jidħol għall-karriera ta’ kowċ. It-tama tkun li fil-perjodu li jagħmel f’Old Trafford jikseb suċċessi aktar minn Louis Van Gaal.

Mourinho ffirma l-kuntratt mal-Viċi Ċermen tal-Eżekuttiv ta’ Manchester United, Ed Woodword, b’liema dettalji mistennija jkunu mħabbra iżjed fid-dettall fis-sigħat li ġejjin.

Trump ‘jikseb in-nominazzjoni Repubblikana’

Il-Kandidat Repubblikan għall-elezzjoni Presidenzjali Amerikana  Donald Trump laħaq in-numru ta’ delegati li kellu bżonn biex jassigura in-nominazzjoni presidenzjali tiegħu.

L-Associated Press irrappurtat li Trump għandu l-appoġġ ta’ 1,238 delegat, wieħed iżjed mill-kwota.

Traġedja oħra fil-Baħar Mediterran

Fl-aħħar sigħat jidher li seħħet traġedja oħra fil-Baħar Mediterran, ’il barra mill-kosta Libjana hekk kif inqalbet dgħajsa oħra li fuqha kien hemm madwar mitt persuna. TGCOM qed tirrapporta li s’issa tilfu ħajjithom madwar tletin persuna u ħamsin oħra ġew salvati minn patrol boats tal-Unjoni Ewropea. Fuq il-post hemm ukoll il-Gwardja tal-Kosta Taljana.

Din hija t-tieni traġedja f’inqas minn 24 siegħa, hekk kif ilbieraħ inqalbet dgħajsa oħra u tilfu ħajjithom ħames immigranti oħra.

Terremot jinħass f’partijiet differenti ta’ Sqallija

Għall-ħabta tal-kwarta ta’ filgħodu seħħ terremot ta’ qawwa 4 fuq l-iskala Richter, ’il barra minn Siracusa fi Sqallija. L-Aġenzija Ansa qalet li minkejja li ma kien hemm l-ebda rapport ta’ nies midruba jew ħsarat. Ma hemm l-ebda rapport li pajjiżna kien affettwat minn dan ir-rapport.

F’New York: Persuna maqtula f’sparatura

Raġel ta’ 33 sena nqatel u żewġ persuni oħra ndarbu wara numru ta’ sparaturi f’kunċert tal-kantant T.I, f’New York.

L-attakk seħħ għall-ħabta tal-10p.m. ħin ta’ New York fl-Irving Plaza, sit ewlieni għall-ispettaklu mużikali. Iż-żewġ vittmi l-oħra huma raġel ta’ 34 sena u tfajla ta’ 26 sena. Il-kundizzjoni tagħhom għadha mhix magħrufa. S’issa għadu ma ġie arrestat ħadd b’konnessjoni ma’ dan l-inċident.

Johnny Depp se jiddivorzja

Skont dokumeti żvelati, l-attur Johnny Depp u martu Amber Heard se jiddivorzjaw. Heard, attriċi ta’ 30 sena, fetħet kawża quddiem il-Qorti Superjuri ta’ Los Angeles. Il-koppja żżewġet 15-il xahar ilu u m’għandhomx tfal.

Depp, li għandu 52 sena, u Heard iltaqgħu fl-2011 waqt il-produzzjoni tal-film ‘The Rum Diary’. Is-separazzjoni qed issir jirem wara l-mewt t’ommu. L-aħħar film li se jieħu sehem fih, Alice Through the Looking Glass, se jiġi mniedi nhar il-Ġimgħa li ġej.

Ħbat? Ikkonsla!

Sewwieqa ta’ vann fi Stratford Upon Avon spiċċa ngħata sentenza ta’ 15-il xahar ħabs wara li raqad hu u jsuq, b’konsegwenza li kisser ħames karozzi. Ħafna mis-sewwieqa involuti sofrew ġrieħi serji.

Il-filmat kwazi jġiegħlek tagħlaq għajnejk.Aqra aktar

Send this to a friend