Internazzjonali – Page 672 – One News

Notifiki

Pulido nstab

Alan Pulido, l-attakkant internazzjonali Messikan li jilgħab m’Olimpiakos, instab.  Huwa nħataf qrib daru minn sitt irġiel b’wiċċhom mgħotti. Dak il-ħin kien mal-għarusa tiegħu li tħalliet f’parkeġġ, filwaqt li hu nħataf.

Aqra aktar

MAĦTUF attakkant tal-Olympiakos

Serqu lil Alan Pulido, plejer internazzjonali Messikan.

Pulido għandu 25 sena u kien maħtuf fit-toroq ta’ Ciudad Victoria, il-kapitali tar-reġjun Tamaulipas. Pulido huwa striker u jilgħab għat-tim Grieg Olympiakos, minbarra li lagħab kemm-il darba mat-tim nazzjonali Messikan.

Aqra aktar

Meta mietu 300,000

Il-President Franċiż Francois Hollande u l-Kanċillier Ġermaniż Angela Merkel fakkru l-mitt anniversajru mill-battalja ta’ Verdun; l-itwal battalja fl-Ewwel Gwerra Dinjija.

Madwar 300,000 suldat Franċiż u Ġermaniż inqatlu waqt l-għaxar xhur ta’ ġlied fil-grigal ta’ Franza. Eventwalemt, il-pajjiż Franċiż ħareġ rebbieħ. Illum il-ġurnata, Verdun huwa rikonoxxut bħala simbolu tar-rikonċiljazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi. Xi ħaġa li kienet riflessa fid-diskors li saru minn Hollande u Merkel.

 

verdun2

17 mejta: nirien fl-Ukrajna

17-il persuna mietu b’kawża ta’ nar li ħakem bini li fih kien hemm diversi anzjani f’villaġġ viċin il-kapitali Ukrena Kiev. In-nar beda fis-sigħat bikrin ta’ dalgħdu f’bini ta’ żewġ sulari.

Fil-binja kien hemm madwar 35 persuna. Il-Ministeru tal-Emerġenza qal li ġew salvati 18-il persuna, b’ħamsa minnhom ittieħdu l-isptar minħabba ħruq. L-awtoritajiet bdew investigazzjoni fuq l-inċident.

Aqra aktar

Donald Tusk jispara tir u jiġri fi Brussell

Il-President tal-Kunsill Ewropew Donald Tusk dalgħodu qam jagħmel b’ġirja izda din id-darba b’differenza. Flimkien ma’ bosta nies il-President Tusk iddeċieda jagħmel dan il-ġirja ta’ 20 kilometru li qed issir fi Brussell sabiex juri solidarjeta’ ma’ dawk il-persuni  li spiċċaw vittmi tal-attakki terroristiċi li seħħew fil-Belt Ewropea nhar it-22 ta’ Marzu 2016.

Aqra aktar

Lufthansa tissospendi titjiriet lejn Veneżwela

Il-linja tal-ajru Ġermaniża Lufthansa ħabbret li se tissospendi t-titjiriet lejn Veneżwela mit-18 ta’ Ġunju minħabba diffikultajiet ekonomiċi fil-pajjiż.

Il-kumpanija qalet ukoll li kontrolli tal-munita fil-Veneżwela qed jagħmluha impossibbli biex linji tal-ajru ibiddlu l-qliegħ tagħhom f’dollari u jibgħatu l-flus barra mill-pajjiż.

Aqra aktar

Sakho jista’ jerġa’ jilgħab

Il-plejer ta’ Liverpool u Franza jista’ jerġa’ jirritorna fil-grawnd, dan wara li spiċċatlu t-30 ġurnata sospensjoni minħabba sustanza li huwa kien ħa. Huwa kien instab pożittiv għal sustanza illegali wara l-logħba kontra Manchester United fis-17 ta’ Marzu.

L-avukati tal-internazzjonali Franċiż argumentaw li s-sustanza li ħa, iġifieri dik biex tnaqqas il-ħxuna fil-ġisem, ma kinitx fil-lista tas-sustanzi li plejer ma setgħax jieħu b’hekk huwa qatt ma kellu jkun vittma ta’ din is-sospensjoni.

Aqra aktar

Send this to a friend