Jilmenta l-ikbar baruni tad-droga

Il-baruni tad-drogi Messikan, Joaquin “El Chapo” Guzman ilmenta fil-qorti dwar il-kundizzjonijiet ta’ kustodja fil-ħabs tal-Istati Uniti.

Guzman qed jinżamm taħt sigurtà massima fil-ħabs fi New York wara li x-xahar li għadda kien estradit. Huwa ħarab darbtejn mill-ħabs fil-Messiku, darba f’basket tal-ħwejjeġ u riċentament permezz ta’ mina fiċ-ċella tiegħu.

Fil-Qorti, huwa wieġeb li ma kienx ħati għat-tmexxija tal-akbar organizzazzjoni tat-traffikar tad-drogi fid-dinja għal karriera twila ta’ snin. Jekk jinsab ħati, huwa jaffaċċja ħajja fil-ħabs.

Jitlef ħajtu kawża ta’ infezzjoni f’sinna

Vadim Kondratyuk, raġel ta’ 26 sena minn Kalifornja u li jaħdem bħala sewwieq tat-trakkijiet, ma tax każ uġiegħ li kellu f’ħalqu hekk kif ħaseb li kienet sinna u xejn iktar. Kien għalekk li hu kompla b’xogħolu u vvjaġġa mil-lokalità tiegħu għal New York fuq xogħol, vjaġġ li qatt ma rritorna minnu.

Aqra aktar

Tal-Louvre kien żagħżugħ Eġizzjan; il-Pulizija tipprova tifhem

L-awtoritajiet Franċiżi qalu li jemmnu li r-raġel li ried iwettaq attakk fil-mużew Louvre fil-kapitali Franċiża Pariġi huwa Eġizzjan ta’ 29 sena.

Dan aktarx vjaġġa lejn Pariġi minn Dubai b’visa turistika x-xahar li għadda. Il-Pulizija issa qed tipprova tifhem jekk kienx qed jaġixxi waħdu, jew kienx parti minn grupp u kien qed jieħu l-ordnijiet minn xi ħadd ieħor.

B’machette f’idu, huwa ndarab serjament wara li qala tiri minn suldati Franċiżi li pprovaw iwaqqfuh milli jwettaq l-attakk li kellu f’moħħu fil-mużew tal-arti.  Fir-ritratt jidher mal-art wara li twaqqaf mill-Pulizija.

Aqra aktar

Justin Bieber lura fuq Instagram!

Justin Bieber, l-artist famuż mondjali, irritorna lura fuq Instagram wara li lura f’Awwissu kien neħħa l-profil tiegħu kawża ta’ bullying li beda jsir fil-kummenti fuq l-eks għarusa, Sofia Richie.

Fost il-persuni li bdew jikkummentaw kummenti mhux xierqa fuq ir-ritratti tiegħu f’Awwissu kien hemm ukoll l-eks għarusa tiegħu Selena Gomez, fejn f’kumment minnhom allegat li hu kien biddilha ma’ mara oħra.

Aqra aktar

BECKHAM – Football Leaks jiżvelaw lat li ma konniex nafu dwaru?

Football Leaks huma meqjusa l-ekwivalenti ta’ Wiki Leaks fid-dinja sportiva. L-eks captain tat-tim Ingliż David Beckham laqqatha meta ħarġu serje ta’ emails li allegatament juru li uża x-xogħol tiegħu ta’ karità bħala parti minn kampanja biex jinħatar kavallier.

Rappreżentanti ta’ Beckham ċaħdu dan kollu, u qalu li l-emails ippublikati kienu misruqa u mbgħabsa. Fihom Beckham allegatament isejjaħ bi kliem dispreġjattiv lill-kumitat li jagħti l-unuri, talli għadu m’għamlux Sir David. Hemm ukoll allgeazzjonijiet li Beckham, ambaxxatur tal-Unicef, talab lil din l-organizazzjoni £6,685 għal titjijra business class biex jattendi avveniment fl-Ażja, anke jekk l-isponsors tiegħu provdewlu jet privat.

Football Leaks qalu wkoll li  Beckham irreaġixxa b’rabja meta l-konsulent tiegħu Simon Oliveira ssuġġerixxa li jagħti donazzjoni ta’ miljun dollaru b’ikla tal-Unicef f’Shanghai, għax qal li ma jixtieqx juża mill-flus personali tiegħu.

L-istat ta’ Seattle jiddeċiedi li jwaqqaf il-‘Muslim ban’ ta’ Trump

Imħallef Amerikan f’Seattle ħareġ waqfien temporanju għad-deċiżjoni tal-Prisedent Donald Trump li ma tħallix vjaġġar minn seba’ pajjiżi Musulmlani.

L-Imħallef James Robart iddeċieda kontra l-auvkati tal-Gvern, li qed jinsistu li stati Amerikani m’għandhomx id-dritt jopponu l-ordni eżekuttiva ta’ Trump.

Intant id-deċiżjoni ħolqot protesti u taħwid fl-ajruport Amerikani. Madwar 60,000 visa ttieħdet lura minn meta Trump ħabbar id-deċiżjoni. Iżda uffiċjali mill-White House iddeskrivew id-direttiva ta’ Trump bħala legali u f’lokha.

Bil-filmat: Carer tinqabad fuq filmat issabbat ras anzjana

Carer inqabdet fuq filmat, meħud minn kamera li kienet moħbija, issabbat ras anzjana waqt li kienet qed tbiddlilha l-ħwejjeġ.

L-anzjana, li għandha 77 sena u għandha d-dimenzja, tgħix f’dar tal-anzjani u minħabba l-kundizzjoni li għandha ma tistax tfendi għal rasha b’hekk ikollha tiddependi fuq l-għajnuna tal-carers.

Aqra aktar

L-Amerka b’sanzjonijiet ġodda fuq l-Iran

L-amministrazzjoni tal-President Amerikan Donald Trump qed timponi sanzjonijiet ġodda fuq l-Iran wara test riċenti li sar fuq missila ballistika. Id-Dipartiment Amerikan tat-Teżor ħabbar il-miżura kontra tlettax-il persuna u diversi kumpaniji fil-jum tal-Ġimgħa. Fuq Twitter, il-President Trump kiteb li l-Iran qed jilgħab man-nar u m’apprezzawx kemm Obama kien ħanin magħhom, għal kuntrarju tiegħu. Iżda uffiċjali tal-Iran qalu li pajjiżhom mhux se joqgħod għal theddid inutli minn persuna bla esperjenza.

LOUVRE: l-agressur għajjat “Allahu Akbar!”

Suldat Franċiż li kien qed jgħasses il-Louvre f’Pariġi spara lejn raġel li prova jwettaq attakk b’sikkina kbira filwaqt li għajjat il-kliem “Allahu Akbar”.

Ir-raġel, li prova jidħol fiċ-ċentru tax-xiri tal-Louvre, intlaqat viċin żaqqu u weġġa serjament. Dan filwaqt li suldat sofra ġrieħi ħfief f’rasu.

Il-Prim Ministru Franċiż qal li l-attakk kien terroristiku min-natura tiegħu. Fil-Louvre hemm diversi xogħolijiet artistiċi famużi, fosthom il-Mona Lisa.

Il-każ seħħ fl-għaxar ta’ filgħodu fiċ-ċentru tax-xiri Carrousel du Louvre, propju fit-taraġ li jwassal għall-entratura tal-mużew innifsu.

Send this to a friend