Internazzjonali – Page 645 – One News

Notifiki

Tqala minn kull erbgħa jispiċċaw f’abort

Huwa stmat li tqala minn kull erba’ jispiċċaw f’abort. Dan ħareġ minn studju li sar mill-Għaqda Dinjija tas-Saħħa (WHO) u Guttmacher Institute.

‘The Lancent’, ġurnal mediku Ingliż jgħid li f’sena jsiru madwar 56 miljun abort, ċifra ferm akbar milli wieħed kien jaħseb.

Xjentisti jgħidu li n-numru tal-abort tela’ minn 50 miljun fis-sena bejn l-1990 u l-1994, għal 56 miljun bejn l-2010 u l-2014. L-ikbar żidiet kienu nnutati fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw. Ġie nnutat li f’żoni meqjusin bħala sinjuri, ir-rata tal-abort niżlet għal minn 25 għal 14, minn kull 1,000 mara.

Aqra aktar

Il-Brażil fuq ix-xwiek

Is-senat tal-Brażil jiddibatti jekk il-President Dilma Rousseff għandhiex tgħaddi minn proċess sħiħ ta’ impeachment. Jekk il-maġġoranza sempliċi tivvota favur, kif inhu mistenni, Rousseff tkun sospia awtomatikament.

Aqra aktar

Żewġ kelmiet li ħolqu skumdità

“Fantastically corrupt”. Kliem li qalhom il-Prim Ministru Ingliż David Cameron fil-konfront tan-Niġerja.

F’risposta l-President Niġerjan Muhammadu Buhari qal li m’hu se jitlob skuża lil ħadd. Huwa wieġeb ‘iva’ ċar u tond meta kien mistoqsi jekk pajjiżu huwiex korrott.

Cameron kien qed jitkellem mar-Reġina Eliżabetta t-Tieni, waqt summit internazzjonali kontra l-korruzzjoni,  meta ntsema’ jgħid dawn il-kliem. L-istess summit illum attenda għalih il-Prim Ministru Joseph Muscat.

“Qiegħed jgħid il-verità” qal Muhammadu Buhari “u jitkellem dwar dak li jaf hu”.

In-Niġerja tinsab fil-136 post minn 167 pajjiż fil-indiċi dwar il-perċezzjoni tal-korruzzjoni minn Transparency International.

 

‘Psataż ħafna!’ – ir-Reġina

Ir-Reġina Eliżabetta inaqbdet tgħid li uffiċjali Ċiniżi kienu ‘psataż ħafna’ waqt l-aħħar żjara li għamel il-President Xi Jinping fl-Ingilterra.

Flimkien ma’ Kmandant,  ir-Reġina kienet qiegħda tiddiskuti l-mod li bih l-ambaxxatur Ingliż għaċ-Ċina kien trattat.

Aqra aktar

L-ewwel Eurovision mingħajr Terry Wogan

Din kienet l-ewwel edizzjoni tal-Eurovision mingħajr ix-xandar veteran tal-BBC, Terry Wogan. Huwa miet fl-età ta’ 77 sena f’Jannar li għadda wara battalja qasira kontra l-kanċer.

Sir Terry kellu 50 sena esperjenza fix-xandir tat-televiżjoni u kif ukoll tar-radju. Huwa kien ukoll il-vuċi għall-Eurovision għal bosta snin.

Fuq livell internazzjonali kien magħruf għall-kummentarju fuq il-BBC waqt ix-xandira tal-Eurovison. Mhux l-ewwel darba li għadda kummenti ironċi, inkluż fuq kantanti Maltin, li bihom setgħu ħassewhom offiżi.

Aqra aktar

Obama bi żjara f’Hiroshima

Il-Prseident Amerikan Barack Obama se jkun qed jagħmel żjara storika fil-belt Ġappuniża ta’ Hiroshima, biex b’hekk se jkun l-ewwel President Amerikan li se jżur din il-belt minn meta Hiroshima intlaqtet minn bomba nukleari fl-1945.

Din se tkun parti minn żjara li Obama se jkun qed jagħmel fil-kontinent Ażjatiku bejn il-21 u t-28 ta’ Mejju.

Aqra aktar

Eksmudella b’ambizzjoni li tirreffja fil-Premier League

Amy Christophers, eksmudella, qed tittanta xortiha biex tagħmel ħolmitha realtà u tibda tirreffja fil-Premier League Ingliż.

Fil-bidu ta’ din is-sena, Amy, kisbet l-ewwel kwalifika tagħha mill-Assoċjazzjoni tar-referees.

L-eksmudella, partitarja ta’ Chelsea, qalet li minn dejjem kienet tħobb il-futbol u tixtieq li tibda tirreffja biex tkun eqreb l-azzjoni. “Dan mhux passatemp. Iżda passjoni. Neħodha b’serjetà kbira.”

Fl-industrija tal-immudellar, Amy kienet magħrufa bħala ‘Brandy Brewer’.

Jgħajjat “Allah hu l-akbar,” joqtol wieħed u jferi tlieta oħra

Persuna sfat maqtula u tlieta oħra feruti metu kienu aggrediti minn raġel li xejjer daqqiet ta’ sikkina fi stazzjon tat-trejnijiet fil-Lvant ta’ Munich fil-Ġermanja. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-5a.m.

L-agressur inqabad mill-Pulizija ftit tal-ħin wara li wettaq dan l-attakk. Xhieda li kienu fuq il-post semgħu lill-agressur jgħid “Allah hu l-akbar.”

Is-Sindku tal-lokalità ta’ Grafing qal li s-suspettat huwa ta’ nazzjonalità Ġermaniża u għandu 27 sena.

‘The Punisher’ President tal-Filippini

Kollox jindika li Rodrigo Duterte, magħruf bħala ‘Digong’ se jkun il-President il-ġdid tal-Filippini. Skont polls wara l-proċess ta’ votazzjoni li seħħ il-bieraħ, huwa għandu vantaġġ qawwi.

Waqt il-kampanja tiegħu spikka għal kummenti dwar l-ordni u l-ħtieġa ta’ inforzar ta’ liġijiet fil-pajjiż. Huwa għandu 71 sena u ismu huwa sinonimu ma’ meta kien sindku ta’ Davao – belt darba magħrufa għan-nuqqas ta’ ordni.  Wara li l-belt għaddiet minn taħt idu, Duterte kiseb l-isem ‘The Punisher’.

Aqra aktar

Justin Timberlake fil-Eurovision!

Il-kantant Justin Timberlake se jkun qed jipparteċipa bħala mistieden fil-Eurovision Song Contest. Din l-aħbar ħarġet fuq is-sit uffiċjali tal-konkors.

Timberlake se jkanta fil-finali, nhar l-14 ta’ Mejju li ġej. Forsi naraw xi ritratt tiegħu ma Ira!

Screen Shot 2016-05-09 at 15.37.04

Send this to a friend