Internazzjonali – Page 642 – One News

Notifiki

“Boom!” – Justin Trudeau

Il-Prim Ministru Kanadiż Justin Trudeau tella’ dan il-filmat fuq Facebook, li fih juri l-appoġġ tiegħu lejn it-tim Kanadiż fl-Invictus Games.

F’dawn il-logħob jintuża l-isport biex jispira r-riabilitazzjoni ta’ dawk li ndarbu huma u joffru servizz lill-pajjiż. Din is-sena l-logħob ser isir f’Orlando, Florida, bejn t-tmienja u t-tnax ta’ Mejju.

Aqra aktar

Tarbija li twieldet b’ 31 saba’

Tarbija ta’ 4 xhur bl-isem ta’ Hong Hong li twieldet fiċ-Ċina, hija tarbija b’31 saba’.

It-tobba qalu kif dan it-tifel għandu kundizzjoni msejħa polydactylism. Din il-kundizzjoni twassal sabiex minn ikollu lilha, jitwieled b’ iżjed swaba minn normal. L-istess kundizzjoni ma nsibuhiex biss fost il-bnedmin iżda nsibuha ukoll fost il-klieb u l-qtates. Children’s Healthcare of Atlanta tgħid kif din hija kundizzjoni komuni u li taffetwa wieħed minn kull 1000 persuna.

Aqra aktar

Liverpool u Sevilla fil-finali tal-Europa League

Liverpool u Sevilla fil-Finali tal-Europa League.

Liverpool u Sevilla irnexxielhom jagħmluha għall-finali tal-Europa League wara li rnexxielhom jegħlbu lil VillaReal u Shaktar Donetsk rispettivament.

Liverpool għamlu rimonta kbira f’darhom wara li kienu megħluba bl-iskor ta’ 1-0 fi Spanja. Sevilla komplew iżidu ma’ dak li kienu ġa bnew barra minn darhom.

Il-finali ser tkun qed tintlagħab F’ St. Jacob Park fl-Isvizzera fit-18 ta’ Mejju.

Aktar stretti dwar l-e-cigarettes

Il-Gvern Amerikan impona regoli ġodda u aktar ħorox għall-e-cigarettes.

Il-Food and Drug Administration (FDA) ħabbret dawn ir-regoli llum. Daqshekk bejgħ ta’ e-cigarettes lil minuri. Barra minn hekk, dawn is-sigaretti ser ikollhom bżonn aktar tabelli ta’ twissija stampati fuqhom.

Waħda mill-aktar miżuri ħorox hija li qabel kull kampanja ta’ marketing li ssir għal dawn is-sigretti, ser ikun hemm bżonn l-approvazzjoni tal-FDA. Dawn ilhom fis-suq mill-2007 u jiġu rikalamati bħala alternattiva għas-sigaretti.

Issa kumpaniji li ma jippreżentawx applikazzjoni li tissodisfa kriterji favur is-saħħa pubblika ser ikollhom il-prodott irtirat mis-suq.

Il-baħri li għeb għal xahrejn

Wara xahrejn bejn sema u ilma, baħri Kolombjan sab is-salvazzjoni.

Dgħajsa ta’ 23 pied li kien fuqha flimkien ma’ tliet baħħara oħra ntilfet f’parti mill-Oċean Paċifiku li ftit li xejn jara nies. Il-baħri rnexxilu jsalva billi jiekol il-ħut u l-gawwi.

The Guardian jirrapporta li sħabu l-baħħar ma salvawx u ma nstabux fuq id-dgħajsa. Dak li salva, pero’, kellu l-passaporti tagħhom.

Hawn ir-raġel jidher jasal Honolulu wara li salvawh vapuri merkantili.

 

isalva

Il-Prim Ministru Tork se jirriżenja

Il-Prim Ministru Tork Ahmet Davutoglu qal li se jirriżenja waqt il-kungress straordinarju tal-Partit tal-Ġustizzja u l-Iżvilupp.

Kungress li se jsir fit-22 ta’ Mejju. Spekulazzjoni dwar ir-riżenja tiegħu nibtet wara li l-istess Davutoglu ltaqa’ mal-President Recep Tayyip Erdogan nhar l-Erbgħa.

Aqra aktar

Barack u Michelle Obama jiżfnu Uptown Funk ma’ żewġ Stormtroopers u r-robot R2-D2

Meta wieħed jilgħab bil-frażi ta’ Star Wars may the force be with you, faċilment tinbidel f’ may the fourth be with you. Minħabba f’hekk ir-raba’ jum ta’ Mejju sar magħruf bħala Star Wars Day.

Jum li fih ammiraturi ta’ Star Wars jiċċelebraw is-sensiela Star Wars. Din is-sena ngħaqdu fiċ-ċelebrazzjonijiet il-President Amerikan Barack Obama u martu Michelle, li flimkien ma’ żewġ Stormtroopers u r-robot R2-D2, żifnu mad-diska Uptown Funk.

Aqra aktar

Send this to a friend