Internazzjonali – Page 629 – One News

Notifiki

Rapporti li Putin ordna tfal Russi li qed jistudjaw barra jmorru lura pajjiżhom immedjatament

Rapport fil-ġurnal Russu Znak jgħid li l-Gvern Russu qiegħed jitlob lill-uffiċjali u ħaddiema tal-Gvern jieħdu lill-uliedhom lura lejn ir-Russja b’mod immedjat, jekk dawn qed jistudjaw x’imkien barra mill-pajjiż.

Anke jekk dan ifisser li jwaqqfu l-programm edukattiv tagħhom ħesrem u ma jkomplux sal-aħħar tas-sena skolastika.

L-artiklu jżid jgħid li jekk il-ġenituri ta’ dan it-tfal jgħixu barra wkoll, għandhom imorru lura. Din ma tapplikax biss għat-tfal iżda għall-istaff amministrattiv, u uffiċjali ta’ kull livell fis-settur pubbliku. Skont Znac, kull min ma jobdix dawn l-istruzzjonijiet, ikun qiegħed ixekkel il-karriera tiegħu fis-settur.

Aqra aktar

Rapporti ġodda tal-virus Zika

L-Organizazzjoni Dinjija tas-Saħħa qiegħda twissi li hemm ċans kbir li l-virus Zika jkompli jinfirex fil-kontinent Ażjatiku.

Dan wara mijiet ta’ rapporti tal-virus f’Singapor, u rapporti ġodda fit-Taljandja.

S’issa dan il-virus instab f’sebgħin pajjiż, b’dsatax minnhom ikunu fl-Ażja. Fir-rapport tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tissemma l-possibilità ta’ iktar rapporti tal-virus Zika f’pajjiżi oħra li s’issa kienu ħelsu minnu.

Dan il-virus huwa inkwetanti l-iżjed għal nisa tqal, hekk kif ġie marbut ma’ difetti tat-twelid. L-akbar u l-agħar każijiet rreġistrata s’issa kienu fil-Brażil.

Iċedu binjiet u jħallu l-vittmi

Aktar minn għoxrin persuna tilfu ħajjithom fiċ-Ċina wara li ċedew numru ta’ binjiet residenzjali. Binjiet li kienu nbnew min-nies tal-villaġġ lura fis-snin sebgħin u li kienu f’kundizzjoni fqira ħafna.

Ħafna mill-vittmi huma immigranti li jikru dawn ir-residenzi biex jgħixu fihom temporanjament. Sitt persuni rnexxielhom joħorġu ħajjin minn taħt it-tifrik, b’waħda minnhom tifla li proteġuha l-iġsma bla ħajja t’ommha u ta’ missierha.

Aqra aktar

Kull seba’ sekondi, tifla ta’ inqas minn 15 tkun sfurzata tiżżewweġ

Skont rapport ta’ Save the Children, bniet li għandhom ħmistax –il sena jew inqas, f’ċertu każi għaxar snin, qed ikunu sfurzati jiżżewġu rġiel ferm ikbar minnhom f’pajjiżi bħall-Afganistan, il-Yemen, l-Indja u s-Somalja.

Ir-rapport jissuġġerixxi li fost il-fatturi li jikkawżaw dawn iż-żwiġijiet hemm il-kunflitti, il-faqar u l-kriżi umanitarja.

Żwiġijiet f’età daqstant żgħira li jesponu lil dawn il-bniet għal numru ta’ żvantaġġi, bħaċ-ċaħda mid-drittijiet bażiċi tal-edukazzjoni, żvilupp u l-għixien tat-tfulija.

Aqra aktar

Samsung lis-sidien tal-Galaxy Note 7: “itfuhom!”

Il-kumpanija Samsung ħeġġet lis-sidien tal-Galaxy Note 7 biex jitfu dawn l-ismartphones, sakemm investigaturi jaraw rapporti ġodda ta’ dawn il-mobiles jieħdu n-nar.

Id-ditta mill-Korea ta’ Isfel qalet li se twaqqaf il-bejgħ ta’ dan il-mobile għal kollox. Samsung irċievew aktar minn żewġ miljun telefonata f’Settembru, wara lmenti ta’ batteriji li kienu qiegħdin jisplodu. Aktar tard il-kumpanija żgurat li l-mobiles kollha kienu qiegħdin jinbidlu. Madanakollu issa hemm rapporti li l-mobiles mibudla ukoll qiegħdin jieħdu n-nar.

Gabi: mingħajr irkoppa imma xorta ballerina

Meta Gabi Shull minn Missouri kellha biss disa’ snin, kellha parti minn saqajha amputata minħabba osteosarcoma – tip ta’ kanċer fl-għadam li ħalla effett ħażin ħafna fuq l-irkoppa taċ-ċkejkna.

Dan l-intopp xejn ma żamm lit-tifla milli tiżfen, u llum qiegħda sservi bħala sors ta’ inspirazzjoni lil bosta.

Aqra aktar

Send this to a friend