Internazzjonali – Page 628 – One News

Notifiki

Sakho jista’ jerġa’ jilgħab

Il-plejer ta’ Liverpool u Franza jista’ jerġa’ jirritorna fil-grawnd, dan wara li spiċċatlu t-30 ġurnata sospensjoni minħabba sustanza li huwa kien ħa. Huwa kien instab pożittiv għal sustanza illegali wara l-logħba kontra Manchester United fis-17 ta’ Marzu.

L-avukati tal-internazzjonali Franċiż argumentaw li s-sustanza li ħa, iġifieri dik biex tnaqqas il-ħxuna fil-ġisem, ma kinitx fil-lista tas-sustanzi li plejer ma setgħax jieħu b’hekk huwa qatt ma kellu jkun vittma ta’ din is-sospensjoni.

Aqra aktar

Se jkomplu jsaħħnu l-qiegħa bil-Eurovision

F’mossa li qed tiġi meqjusa bħala provokanti, l-istazzjon nazzjonali Russu se jorganizza s-selezzjoni għall-Junior Eurovision fil-Krimea.

Hekk kif bir-rebħa tal-Ukrajna fil-Eurovision qam ferment sħiħ fir-Russja issa kien imiss lir-Russi biex jużaw il-Eurovision u jinku ftit lill-ġirien tagħhom.

Is-selezzjoni li biha se tiġi magħżula l-kanzunetta u l-kantant/a biex tirrappreżenta lir-Russja fil-Junior Eurovision se titella’ fl-ICC Artek ġewwa Gurzuf fil-Krimea.

Aqra aktar

Tallega li sawwatha Johnny Depp

Il-Qorti Amerikana ordnat lil Johnny Depp biex ma jersaqx lejn martu, Amber Heard, wara li allegatament sawwatha.

Heard qalet li Depp waddbilha l-mowbajl fi ġliedha li kellhom is-Sibt li għadda. It-Tnejn li għadda fetħet kawża ta’ divorzju wara 15-il xahar ta’ żwieġ. Il-mara resqet ritratt ta’ wiċċha mbenġel quddiem il-Qorti Superjuri ta’ Los Angeles.

Aqra aktar

Jiġġarraf ajruplan f’New York

Iġġarraf ajruplan tat-Tieni Gwerra Dinjija fi xmara bejn New York u New Jersey fl-Istati Uniti. L-ajruplan, tat-tip P-47 Thunderbolt u jiflaħ biss passiġġier wieħed, iġġarraf għoli ta’ madwar tliet kilometri viċin il-pont George Washington.
Ftit ħin wara, għaddasa sabu katavru – li jemmnu li huwa tal-pilota, għalkemm dan għadu mhuwiex ikkonfermat. Il-kawża tat-tiġrif għadha mhix magħrufa, għalkemm jidher li l-ajruplan iġġarraf minħabba ħsara fil-magna.

Real għal darb oħra jew Atletico b’ta’ l-ewwel

Dak li jintlagħab bħala derby lokali fi Spanja llum se jinbidel f’derby Ewropew hekk kif Real Madrid u Altetico Madrid jilagħbu l-finali taċ-Champions League f’Milan. Hija sfida bejn tim mimli stilel għal ieħor li għalkemm mill-istilel mhux nieqes jibbaża iktar il-logħob fuq il-kollettiv. Huma wkoll żewġ timijiet li jilagħbu futbol differenti. Real Madrid skorjaw 110 gowls fil-kampjonat din is-sena u Atletico skorjaw 63 biss. Iżda filwaqt li tal-ewwel qalgħu 34 gowl, Atletico qalgħu biss 18.

Aqra aktar

Alicia Keys fil-finali taċ-Champions League

Illejla se jkun jum speċjali mhux biss għall-plejers ta’ Real Madrid u Atletico Madrid li se jilagħbu l-finali taċ-Champions League. Iżda, se jkun ukoll jum importanti għall-kantanta Alicia Keys li se tkun qed tkanta qabel il-finali. L-Amerikana se tkun l-ewwel kantanta li se tkun mistiedna tagħti dan it-tip ta’ spettaklu qabel l-logħba tant importanti. “Il-familja ta’ ommi mill-Italja u kull meta mmur hemm dejjem inħossni li nintlaqa’ tajjeb,” qalet Alicia Keys.

Aqra aktar

Lesti jbattlu l-but għal 90 minuta

 

Il-pjazza ta’ Duomo f’Milan hija  mimlija turisti dilettanti tal-futbol, partikolarment Spanjoli, li llejla jridu jkunu viċin it-tim tagħhom meta jilgħab l-iktar kompetizzjoni importanti fil-futbol Ewropew.

Fi grawnd li jesa’ tmenin elf ruħ il-partitarji ta’ Real Madrid u Atletico Madrid ingħataw ftit iktar minn 30,000 biljett bejniethom u għalhekk mhumiex wieħed u tnejn li l-vjaġġ lejn Milan għamluh mingħajr ebda assigurazzjoni li se jkunu qegħdin jappoġġjaw lill-idoli tagħhom minn San Siro.

Aqra aktar

Obama f’Hiroshima

Il-President Amerikan Barack Obama wasal Hiroshima u u b’hekk sar l-ewwel President Amerikan li żar il-belt Ġappuniża mindu seħħ il-bumbardament nukleari fl-1945.

Huwa qal li mhux se jkun qed jitlob apoloġija għal dak li ġara, iżda se jkun qed jonora dawk li mietu fit-Tieni Gwerra Dinjija.

Aqra aktar

“Titilqux!” – membri tal-G7 lill-Ingliżi

Jekk r-Renju Unit jitlaq mill-Unjoni Ewropea, ikun mhedded it-tkabbir globali.

Dikjarazzjoni li għamlu pajjiżi tal-G7 wara laqgħa l-Ġappun, filwaqt li wissew li ħruġ tar-Renju Unit mill-UE ikun ifisser pass lura fejn jidħol in-negozjar fuq livell globali, l-investiment u l-ħolqien ta’ impjiegi.

L-aktar seba’ pajjiżi industrijalizzati madwar id-dinja jagħmlu parti mill-G7. It-twissija waslet hekk kif ir-referendum mistenni jsir nhar it-23 ta’ Ġunju. Polls riċenti jindikaw li jisabu fuq quddiem dawk favru li r-Renju Unit jibqa’ fl-UE.

Bewsa, arrest u kumpens ta’ $80,000

Koppja lisbjana ngħataw kumpens ta’ $80,000 wara li kienu arrestati għax kienu qed jitbewsu.

Coutney Wilson u Taylor Guerrero kienu f’ħanut tal-ikel f’Honolulu, il-Hawaii, meta rahom Pulizija. Huwa firidhom meta rahom jitbewsu u wara li protestaw, spiċċaw arrestati għal tlett ijiem.

Il-kumpens lill-koppja minn Los Angeles kien ordnat mill-Qorti tal-Hawaii, iżda għad irid ikun approvat mill-Kunsill ta’ Honolulu. Kelliema għall-affarijiet legali tal-Kunsill qalet li jkun fl-interess tal-belt li jingħata l-kumpens.

Send this to a friend