Internazzjonali – Page 625 – One News

Notifiki

Foresta f’kontroversja

Fil-Polonja għaddejja kontroversja dwar il-qtigħ ta’ siġar mill-foresta Białowieża, hekk kif l-awtoritajiet qed jimmiraw li jneħħu siġar infettati minn parassiti biex isalvaw siġar oħrajn.
Il-Foresta fiha 600 metru kwadru u huwa rikonoxxut mill-UNESCO bħala sit ta’ wirt dinji. Għaqdiet fil-Polonja favur l-ambjent jinsabu rrabbjati minħabba l-fatt li qed jaħsnu li jaqtgħu it-triplu tal-ammont ta’ siġar li normalment jinqatgħu, bħala l-uniku mezz biex siġar li m’humiex qed jiġu attakkati mill-parasiti ikunu protetti.

Imut Muhammad Ali

Il-leġġenda tal-boxing u eks champions Muhammad Ali miet fl-età ta’ 74 sena wara li fl-aħħar jiem kien rikoverat fl-isptar ta’ Phoenix, fejn kien ikkurat għall-problemi respiratorji.

Aqra aktar

Imut Luis Salom tal-MOTO2

Ftit tal-ħin ilu waqt il-provi tat-tlielaq tal-MOTO2 tilef il-kontroll Luis Salom b’riżultat li tilef ħajtu.

L-inċident seħħ fit-trakka ta’ Barċelona fid-dawra numru 12 meta tilef il-kontroll, skidja u baqa dieħel dritt fil-ħajt. Salom, li kellu 24 sena, kien jagħmel parti mit-tim SAG.

Aqra aktar

Il-kantant Prince miet b’overdose

Il-kantant Amerikan Prince miet b’overdose tal-pirmli tal-uġigħ fentanyl.

Ir-rapport ħareġ iktar minn xahar wara minn meta l-kantant instab mejjet f’daru, fil-21 t’April.

Bħalissa l-investigaturi qed jinterrogaw tabib li eżamina lil Prince darbtejn fil-ġimgħat qabel miet.Il-pirmli tal-uġigħ, li wasslu għall-mewt ta’ Prince, kienu mogħtija lilu fl-għoxrin t’April minn tabib, ċertu Michael Schulenberg. Skont ir-rapport tal-awtopsja, il-fentanyl hija droga qawwija ferm iżjed mill-eroina.

340 salvti imma ħafna oħrajn għebu

Mat-340 ruh ġew salvati minn dgħajsa li nqalbet fil-baħar Mediterran.  Dan ikkonermawħ awtoritajiet Griegi. Id-dgħajsa nqalbet 75 mil nawtiku bogħod minn Kreta.

Dgħajjes, helikopters u ajruplani kienu nvoluti fil-ħidma ta’ salvataġġ, iżda dawk salvati ma kienux l-uniċi li kienu fuq id-dgħajsa. Infatti hemm persuni li huma maħsuba li ma jistgħux jinstabu. Kelliem għall-organizazzjoni internazzjonali dwar il-migrazzjoni qal li d-dgħajsa fiha 25 metru u tipikament iġġorr 700 persuna.

Aqra aktar

Biża’ li jixxarbu jew jgħerqu

Il-mużewijiet Louvre u Orsay jinsabu magħluqa f’Pariġi, u l-biċċiet tal-arti qed jittieħdu postijiet oħra biex ma jilħaqhomx l-ilma. Dan għaliex mistennija jinżlu sa żewġ pulzieri xita f’temp ta’ ftit sigħat.

Aqra aktar

Instab ħaj it-tifel li abbandunawh ġo foresta

Instab ħaj tifel Ġappuniż li tħalla waħdu ġewwa foresta mill-ġenituri tiegħu stess bħala kastig.Yamato Tanooka għandu seba’ snin u nstab ħdejn binja militari, ftit kilometri biss bod minn fejn tħalla.

Il-ġenituri tiegħu għall-ewwel insistew li t-tifel intilef, iżda wara ammettew li ħallewħ hemm għal ftit għax kien imqareb. Missieru talab skuża lill-ibnu u lil min salva lill-ibnu, u ammetta “eżaġerajna”.

“Il-miżura eċċessiva tiegħu ġiegħlet lill-ibni jsofri” qal il-missier f’konferenza tal-aħbarijiet emozzjonali barra l-isptar fejn it-tifel qed jiġi eżaminat.

Ħabs għal Messi?

Lionel Messi, il-footballer tal-Arġentina u Barċellona, mistenni jixhed f’Qorti Spanjola dwar frodi.

Messi u missieru Jorge, li jieħodlu ħsieb l-affarijiet finanzjarji, jinsabu akkużati li frodaw lill-awtoritajiet Spanjoli aktar minn €4 miljun bejn l-2007 u l-2009.

Aqra aktar

Għargħar fi Franza u l-Ġermanja joqtol ħamsa

Minn tal-inqas ħames persuni mietu fil-jum tal-Erbgħa fi Franza u l-Ġermanja minħabba l-għargħar.

Gruppi tat-tfittxija fil-Ġermanja sabu l-iġsma ta’ tliet persuni li nqabdu f’dar filwaqt li mara nstabet mejta fi xmajra fil-viċin. Fiċ-ċentru ta’ Franza, mara ta’ 86 sena tilfet ħajjitha.

Għexieren ta’ bliet spiċċaw mgħarrqa u ħafna nies ġew salvati b’helikopter. Bassara tat-temp qed jgħidu li l-livelli tal-ilma mistennija jgħolew fil-jiem li ġejjin. L-għargħar huwa maħsub li kkawża ħsarat sostanzjali.

Send this to a friend