Internazzjonali – Page 577 – One News

Notifiki

Bashar Al Assad jittama li Trump ikun alleat

Il-President Sirjan Bashar Al Assad qed jittama li jkollu alleat minn Donald Trump biex ikun miġġieled it-terroriżmu. Dan filwaqt li kien kawt fil-mod kif tkellem dwaru.

Bashar Al Assad qal li Trump ikun alleat naturali jekk iwettaq dak li wiegħed b’saħħa tul il-kampanja tiegħu, dik li jiġġieled it-terroriżmu. Madanakollu Assad esprima dubji dwar jekk Trump hux se jżomm mal-wegħdiet li għamel.

Donald Trump kien kwotat jgħid li hija ġennata li jkun oppożizzjoni lejn forzi Sirjani u militanti tal-Istat Iżlamiku u li tkun miġġielda mas-Sirja taf tfisser ġlieda mar-Russi.

Il-kunflitt fis-Sirja ma qatax. Nhar it-Tlieta ajruplani tal-Gvern ibbumbardjaw il-postijiet fejn hemm ribelli stazzjoni, fil-belt Aleppo – l-ewwel darba fi tlett ġimgħat.

Il-gwerra ċivili bdiet f’Marzu tal-2011 u sa issa ħalliet 300,000 persuna mejta.

 

Tmiem il-ġimgħa mill-aqwa għall-partitarji tal-futbol

Tmiem il-ġimgħa mistenni għad-dilettanti kollha tal-futbol, dan hekk kif f’diversi kampjonati Ewropej hemm skedati logħob bejn uħud mill-aqwa timijiet tal-istess pajjiż. Fil-kampjonat Taljan ir-rivali eterni tal-belt ta’ Milan – Inter u Milan- jiltaqgħu kontra xulxin il-Ħadd filgħaxija f’San Siro.
Aqra aktar

Obama jserraħ l-irjus

Il-President Amerikan Barack Obama qed jiżgura lill-alleati tal-Istati Uniti li l-President elett Dondal Trump se jonora l-alleanzi internazzjonali tal-Pajjiz. Dan meta jieħu postu bħala l-President tal-Istati Uniti minn Jannar tas-sena d-dieħla. Lill-ġurnalisti, Obama qal li Donald Trump wera interess li jżomm l-obbligi li għandha l-Istati Uniti lejn in-Nato.

Serraħ l-irjus li flimkien, kemm l-Istati Uniti u n-Nato se jkunu ta’ kontribut ghall-izvilupp dinji. Dan intqal sighat biss qabel Obama wasal Ateni, l-aħħar żjara tiegħu bħala President tal-Istati Uniti. Wara, mistenni jżur l-Ġermanja u l-Peru.

Aqra aktar

Issalva qattus waqt li kienet xogħol l-Afghanistan

Fis-sena 2008 Christine Weber Bouldin kienet stazzjonata fuq xogħol l-Afgħanistan, meta qattusa ċkejkna u speċjali sabet mod kif tidħol f’ħajjitha.

Lin-nies Christine kienet tgħidilhom “Qatt ma kont rajt qattusa bħalha. Vera ħassejt dieqa kbira għaliha. La setgħet timxi sew u lanqas tpoġġi. Bdiet tinqeleb kull pass li tagħmel.”

Aqra aktar

Valentino Rossi għaxxaqha!

Ma servew għal xejn it-talbiet ta’ skuża li Valentino Rossi għamel lil ċertu Ana Cabanillas. Ilbieraħ il-mara Spanjola qalgħat daqqa ta’ sieq mis-sewwieq tal-Yamaha, waqt li kienet ma xi ħbieb tieħu s-selfies f’Valencia.

Hija qalet li għall-ewwel ħasbet li kien inċident involontarju imma meta rat il-filmati għal darba, tnejn, iddeċidiet li Rossi għamilha apposta u b’hekk bi ħsiebha tieħu passi legali kontra dak li kien ċampjin tad-dinja disa’ darbiet.

Aqra aktar

Jisirqu l-ideat u jagħmluhom tagħhom!

Żewġ fotografi li saru famużi fid-dinja ta’ Instagram, Jack Morris u Lauren Bullen, riċentament irċevew aħbar stramba. Din l-aħbar kienet tgħid li żewġ persuni oħra qed isegwu kull pass tagħhom, kemm fil-pajjiżi li jżuru u kif ukoll ir-ritratti li bdew jieħdu.

Aqra aktar

Kumbinazzjoni stramba: siġar jiffurmaw il-mappa tal-Awstralja

Turista li marret Darwin għal tieġ, ħadet ritratt ħdejn il-baħar b’xebħ qawwi tal-bordura tal-mappa tal-Awstralja.

F’ritratt, Kelly Matthews qabdet ix-xemx nieżla bejn fergħat u weraq f’Darwin Esplanade fit-Territorju tat-Tramuntana.

Mal-aġenzija tal-aħbarijiet internazzjonali BBC, it-turista spjegat li kif tellgħet ir-ritratt fuq Facebook, sħabha bdew jikkummentaw li r-ritratt jixbaħ il-mappa tal-Awstralja.

Aqra aktar

Send this to a friend