Internazzjonali – Page 555 – One News

Notifiki

Kumbinazzjoni stramba: siġar jiffurmaw il-mappa tal-Awstralja

Turista li marret Darwin għal tieġ, ħadet ritratt ħdejn il-baħar b’xebħ qawwi tal-bordura tal-mappa tal-Awstralja.

F’ritratt, Kelly Matthews qabdet ix-xemx nieżla bejn fergħat u weraq f’Darwin Esplanade fit-Territorju tat-Tramuntana.

Mal-aġenzija tal-aħbarijiet internazzjonali BBC, it-turista spjegat li kif tellgħet ir-ritratt fuq Facebook, sħabha bdew jikkummentaw li r-ritratt jixbaħ il-mappa tal-Awstralja.

Aqra aktar

Ittra li tbikki…bassar mewtu stess?

Il-mużiċist leġġendarju Leonard Cohen aktarx bassar il-mewt tiegħu stess f’ittra ta’ qsim il-qalb li tagħti l-aħħar tislima lill-eks maħbuba tiegħu Marianne Ihlen.

Cohen u Ihen iltaqgħu l-Greċja fis-snin sittin. Kien f’dak l-istess żmien meta r-raġel tagħha abbanduna lilha u lil binhom ta’ sitt xhur fil-Greċja

Cohen kien stedinhom biex imorru jgħixu miegħu f’Montreal u Ihlem kienet aċċettat l-offerta.

F’qasir żmien huma saru koppja inseparabbli u r-relazzjoni romantika tagħhom damet diċenju.

Aqra aktar

Nibdew niskopru min se jkun xiex taħt Trump

Donald Trump ta żewġ karigi importanti, issa li sar President-elett tal-Istati Uniti. Iċ-chief of staff tiegħu se jkun Reince Pirebus, li huwa chairman tal-Kumitat Nazzjonali Repubblikan – il-partit li f’ismu ikkontesta Trump.

p

Stephen Bannon, mill-aġenzija konservattiva tal-aħbarijiet Breitbart News, se jkun l-istrateġista welieni teigħu. Bannon issospenda ruħu temporanjament minn chairman eżekuttiv tal-aġenzija biex għen fil-kampanja ta’ Trump.

s

Send this to a friend