Internazzjonali – Page 543 – One News

Notifiki

Ara x’għamlu Riri u Prince Harry

Il-Prinċep Hary tal-Ingilterra u l-prinċipessa figurattiva tal-Barbados, il-kantanta Rihanna, ingħaqdu biex raw għandhomx l-HIV.
Mhux għax kellhom xi suspett fir-realtà, imma għax xtaqu jgħaddu messaġġ fil-jum li mmarka World Aids Day; l-ewwel jum ta’ Diċembru.
Riedu juru fuq kollox li dan mhux proċess diffiċli, u test wieħed f’waqtu jista’ jagħti lok għal kura aktar malajr u ħajja iktar twila. Dan minbarra ħajjiet oħra li jistgħu ikunu salvati jekk il-marda ma tinxteridx.
Madanakollu saħqu li għad hemm wisq stigma dwar l-HIV fil-Karibew, il-post fejn għamlu t-testijiet. Tista’ tara dan il-mument hawn, fejn Rihanna ċċajtat mal-Prinċep u offrietlu ftit kuraġġ.

Aqra aktar

TWISSIJA mill-Europol dwar attakki mill-Istat Iżlamiku fl-Ewropa

Europol wissew li militanti mill-Istat Iżlamiku se jkunu aktar ħarxa fl-attakki tagħhom madwar l-Ewropa, hekk kif qed jiżdiedu l-isforzi biex jinqerdu fil-Lvant Nofsani.

It-tattiċi tagħhom jaf jinkludu karozzi-bomba, ħtif ta’ persuni u theddid.

Madanakollu l-Europol ma enfasizzawx daqstant fuq attakki fuq binjiet ta’ importanza massima – bħal ngħidu aħna siti nukleari. Qalu biss li bħalissa l-IS qed jippreferu miri li jistgħu jilħqu ferm iktar malajr.

Il-KE toħroġ b’regoli ġodda għall-kummerċ online

Il-Kummissjoni Ewropea llum ħabbret miżuri li għandhom ibiddlu t-Taxxa fuq il-Valur Miżjud (VAT) għall-kummerċ elettroniku fl-UE.

Il-proposti se jippermettu lill-konsumaturi u lill-kumpaniji, b’mod partikolari negozji żgħar u ġodda, jixtru u jbigħu prodotti u servizzi onlajn aktar faċilment.

Bl-introduzzjoni ta’ portal għall-UE kollha għall-pagamenti onlajn tal-VAT (servizz ta’ one-stop-shop), l-ispejjeż tal-konformità tal-VAT se jitnaqqsu sew u n-negozji fl-UE kollha se jiffrankaw €2.3 biljun fis-sena.

Ir-regoli l-ġodda se jiżguraw ukoll li l-VAT jitħallas fil-pajjiż tal-konsumatur finali, biex ikun hemm distribuzzjoni aktar ġusta tad-dħul mit-taxxa bejn il-pajjiżi tal-UE.

Aqra aktar

Memorji tal-istilla ta’ Fawlty Towers, Andrew Sachs

l-istilla tas-serje ferm popolari Fawlty Towers, Andrew Sachs, miet fl-età ta’ 86 sena – aħbar kerha ikkonfermata mill-familja tiegħu.

L-attur miet fit-23 ta’ Novembru u indifen lbieraħ, qalet il-mara tiegħu Melody f’intervista ma’ ġurnal barrani. Żvelat li  Sachs kien ilu bid-dimensja mill-2012.

Kien magħruf sew għall-karattru ta’ wejter Spanjol bl-isem ta’ Manuel, li bosta kienu jieħdu gost jimitaw.

Aqra aktar

Trump iħabbar isem is-Segretarju għad-Difiża

Il-President-elett tal-Istati Uniti, Donald Trump, għadu kif ħabbar il-ħatra ta’ Gen James Mattis bħala is-Segretarju tad-Difiża.

“Hu l-aqwa wieħed li għandna,” qal Trump hekk kif ħabbar l-għażla tiegħu f’Ohio.

Gen Mattis, li hu magħruf ukoll bħala “Mad Dog”, kien jiktritika b’mod liberu l-politika tal-Lvant Nofsani tal-amministrazzjoni t’Obama, b’mod partikolari fejn jidħol l-Iran.

Hu kien irrefera għall-Iran bħala “l-iktar theddida konsistenti għall-istabbiltà u l-paċi fil-Lvant Nofsani”.

Ħallew tifel ta’ 12-il sena jisplodi kollox

Kull min għandu tfal subien jew jagħmilha ftit magħhom jaf x’faxxinu għandhom lejn l-affarijiet jisplodu.

Tifel Awstraljan ta’ 12-il sena, li għalissa jidher imfejjaq mill-kanċer, tħalla jaqta’ xewqtu li “jisplodi affarijiet” flimkien ma’ Korp tal-Pulizija. L-organizzjazzjoni Make-A-Wish tal-Awstralja organizzat din il-ġurnata speċjali għal Declan, li ħariġlu kanċer is-sena li għaddiet.

Declan ittieħed fil-facilità tat-taħriġ tal-Pulizija, ipparteċipa f’eżerċizzju ta’ missjoni ta’ salvataġġ u hemm sploda diversi esplussivi.

Lil hinn mill-isplużjonijiet, huwa kellu opportunitajiet oħra ferm inqas preikolużi. Infatti ngħata attenzjoni speċjali mill-Prim Ministru tal-Awstralja Malcolm Turnbull.Aqra aktar

Għandek charger tal-Apple li mhux oriġinali? Aqra din

Int wieħed jew waħda minn dawk li għandhom charger tal-Apple li mhux propja tal-Apple?

Attenti! 99% ta’ dawn iċ-chargers ma jgħaddux minn eżami bażiku tas-sigurtà. Ditta speċjalista f’dawk li jissejħu Trading Standards, bl-isema ta’ UL, kienet ikkummissjonata biex twettaq dawn it-testijiet, qalet li ħafna drabi dawn iċ-chargers jinxtraw online minn entitajiet mhux magħrufa. Jeżistu aktar minn 400 charger ta’ dan it-tip li m’għandhomx biżżejjed insulazzjoni biex ikunu protetti kontra xokkijiet tal-elettriku.

L-istudju sar wara li Apple stess ilmentat dwar in-numru ta’ chargers foloz li qed jibiegħu fuq is-sit Amazon. F’Ottubru Apple ħabbret li se tfittex bejjiegħ li qed iqiegħed lill-klijenti fil-periklu billi jbiegħu power adapters li taħsibhom tal-Apple.

Aqra aktar

Send this to a friend