Internazzjonali – Page 536 – One News

Notifiki

Ħbieb kbar minkejja d-differenzi

Ħbiberija stramba bejn fekruna bl-isem ta’ Leonardo u baqra bl-isem ta’ Simon bdiet meta t-tnejn li huma ltaqgħu f’ċentru tal-Annimali Selvaġġi fit-Tajlandja.

Leonardo kien ġie salvat minn zoo f’Bangkok fis-sena 2013 u Simon wasal fiċ-Ċentru f’Jannar li għadda wara li tilef sieq waħda kawża ta’ inċident sfortunat.

Aqra aktar

Playboy? Jaf għandek problema psikoloġika

Psikoloġisti li qed iħarsu lejn informazzjoni miġbura tul dawn l-aħħar għaxar snin dwar 20,000 raġel sabu li dawk li jippreferu li jkollhom aktar poter min-nisa u li jħobbu l-attitudni ta’ playboy ta’ spiss  għandhom probabbiltà akbar li jsofru minn problemi psikoloġiċi. B’attitudni ta’ playboy fissru  bniedem li jemmen li ħafna iriduh, li jieħu gost kbir fil-preżenza femminili u li jdejqu l-irbit emozzjonali.

Hemm tendenza kbira ukoll li dawn it-tip ta’ nies ma jfittxux l-għajnuna.

L-informazzjoni ġiet ippubblikata din il-ġimgħa fil-Journal of Counseling Psychology, li ħares lejn studju mwettaq bejn l-2003 u l-2013. Il-parteċipanti kellhom minn  tnax-il sena sa ‘l fuq minn 65 sena.

Aqra aktar

Miet Fidel Castro… kellu 90 sena

Fidel Castro, li mexxa l-Kuba għal ħames deċenji, miet fl-età ta’ disgħin sena qed tirrapporta l-midja tal-istat f’Kuba. Kien ħuh Raul Castro, li jmexxi l-pajjiż illum, li ħabbar il-mewt ta’ ħuh mingħajr ma ta wisq iktar dettalji.

Fidel Castro, ammirat minn bosta madwar id-dinja u rivoluzzjonarju, waqaf imexxi l-pajjiż fis-sena 2008. Tul it-tmexxija  dawk li ma kienux jappoġjawh kienu jikkritikawh l-iktar għal mod kif kien joħnoq l-oppożizzjon, filwaqt li dawk li emmnu fl-ideal tiegħu jsostnu li ta Kuba lura lin-nies.Aqra aktar

Ewropej jemmnu li każijiet ta’ vjolenza domestika huma ġustifikati

Ħafna drabi l-vjolenza domestika tiġri wara bibien magħluqa, xi kultant quddiem għajnejn it-tfal, dak it-tifel jew tifla li żgur m’għandhomx ikunu esposti għal dawn it-tip ta’ xeni. Iżda dwar din it-tip ta’ vjolenza kull persuna għandha opinjoni differenti. Dan ħareġ minn stħarriġ li għamel l-uffiċju tal-istatistika tal-Unjoni Ewropea fid-dawl li llum l-Ewropa tfakkar il-vittmi tal-vjolenza domestika bl-għan li toħloq aktar kuxjenza u għarfien.
Aqra aktar

Sant kontra politika komuni dwar difiża u sigurtà

Il-Kostituzzjoni ta’ Malta għandha tipprojbixxi parteċipazzjoni f’alleanzi militari u huwa żball li l-Unjoni Ewropea tipprova tafferma l-għaqda tagħha billi tinfirex lejn ħidmiet militari.

Dan qalu fil-Parlament Ewropew Alfred Sant li ta r-raġunijiet tiegħu wara li vvota kontra ż-żewġ mozzjonijiet dwar tisħiħ tal-għodod militari għad-dispożizzjoni tal-Unjoni Ewropea li tressqu quddiem il-plenarja.
Aqra aktar

Send this to a friend