Internazzjonali – Page 534 – One News

Notifiki

Tim tal-futbol kienu abbord ajruplan li ġġarraf

Ajruplan li kellu 81 passiġġier, li fosthom kien hemm it-tim Brażiljan tal-futbol Chapecoense, waqa’ wara li telaq minn Bolivia u kien fi triqtu lejn il-belt ta’ Medellin fil-Kolombja.

Id-dettalji dwar dan l-inċident għadhom mhux verifikati iżda rapporti qed jgħidu li hemm sitt passiġġiera li salvaw.
Aqra aktar

Jekk tigdbilhom dwar Father Christmas, aqra dan l-artiklu

Ġenituri qed jiġu mwissija biex jerġgħu jaħsubha darbtejn jekk qed jigdbu lill-uliedhom dwar l-eżistenza ta’ San Niklaw. F’artiklu fil-ġurnal Lancet Psychiatry, żewġ psikologi ddiskutew jekk hix morali din il-gidba, meta tqis li hija parti mill-memorji speċjali għat-tfal fil-Milied.

L-awturi qalu li jekk se nigdbu lit-tfal anke dwar dan il-kunċett , jaf tkun ta’ detriment fuq il-fiduċja li jkollhom lejn il-ġenituri, speċjalment meta jsiru jafu l-verità.

Psikoloġista mill-Università ta’ New England, Kathy McKay, qalet li “l-istorja fittizzja ta’ San Niklaw hi gidba li ġenitur tant ikun involut fiha, u tant ilha tintuża, bejn il-ġenituri u t-tfal, li jekk ir-relazzjoni ta’ bejniethom tkun diġà dgħajfa, jaf tkun ta’ detriment. Jekk il-ġenituri jigdbu dwar xi ħaġa b’ċertezza kbira u għal żmien twil, mela dwar xiex lesti li jigdbu aktar?”Aqra aktar

Aħjar ma tara xejn jekk qed tieħu l-kolazzjon…

Is-serje Ingliża I’m A Celebrity tara lill-parteċipanti jagħmlu minn kollox għal ftit popolarità.

L-aħħar att ta’ kuraġġ, però, ġibed ħafna attenzjoni. Il-parteċipanti Martin Roberts u Adam Thomas għamlu sfida bl-isem “Pick and Crit”, u verament kellu jkollhom kuraġġ kbir. Ħafna kritika kienet indirizzata lejn il-mod li bih trattaw annimali li kienu għadhom ħajjin. U tabilħaqq ħadd ma jieħu gost jittiekel meta jkun għadu ħaj!

Dawn l-annimali iqarmċu b’saqajn iferfru kellhom jinżammu f’ħalq il-parteċipanti għal mill-inqas tletin sekonda. Bħala kumpens ingħataw ikel biex ikunu jistgħu ikomplu bl-avventura.

Aqra aktar

Send this to a friend