Internazzjonali – Page 528 – One News

Notifiki

Theresa May aktarx trid lir-Renju Unit jirtira mill-Qorti Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem

Mezzi tax-xandir internazzjonali qed jirrapportaw li Theresa May se tressaq pjanijiet biex ir-Renju Unit jirtira mill-konvenzjonijiet stabbiliti mill-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (EHCR).
Din mistennija tkun fil-qalba tal-kampanja tagħha għall-elezzjoni ġenerali tal-2020, wara li ministri Ingliżi amettew li l-pjanijiet ta’ riforma f’dan il-qasam ġew posposti minħabba Brexit.
Aqra aktar

Arrestat Tuneżin b’rabta mal-attakk f’Berlin

Tunezin t’40 sena inzamm arrestat f’Berlin b’konnesjoni mal-attakk terroristiku li seħħ il-Ġimgħa l-ghaddiet f’suq tal-Milied fil-kapitali Ġermaniża.

Il-prosekuturi qalu li n-numru tat-telefon ċellulari tieghu nstab fuq il-mobile t’Anis Amri li qatel tnax il-persuna wara li seraq trakk u baqa’ dieħel bih ġon-nies.                                                              Aqra aktar

Jagħtu rigal tal-Milied lill-iskwirils

Wara li l-familja Chesyane għaddew minn esperjenza diffiċli fix-xahar ta’ Diċembru, Paul Chesnaye ddeċieda li jipprova jferraħ lit-tifla tiegħu Lucy billi joħloq riġali żgħar għall-iskwirils li jiġu jżuru l-ġardina tagħhom.

Il-familja li tgħix Londra ta’ sikwiet izuruha l-iskwirils u mhux l-ewwel darba li jagħtuhom x’jieklu. “Kellhom karawett, ġewż, lewż, imsomma ftit minn kollox. Kellhom għażla vasta allura kien rigal speċjali tal-Milied,” qal il-missier Paul Chesnaye.

Aqra aktar

Trump lill-Iżraeljani: “żommu sod sakemm ikun hemm jien”

Skont il-BBC, il-President elett tal-Istati Uniti Donald Trump għadu kemm qal lill-poplu Iżraeljan iżomm sod (‘stay strong’) sakemm ikun beda jaqdi dmiru bħala President. Trump qal li ma jistax iħalli lill-Iżrael ikun trattat b’mod ħażin.

Fil-jiem li għaddew il-Prim Ministru ta’ Iżrael, Benjamin Netanyahu, sejjaħ ‘tal-mistħija’ il-vot tan-Nazzjonijiet Magħquda favur reżoluzzjoni li ġġiegħel lill-Iżrael iċċedi art fil-Palestinjana. Saħaq li l-Iżrael mhux se jimxi mal-vot ta’ nhar il-Ġimgħa fil-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Magħquda. Ir-reżoluzzjoni titlob li l-Iżrael iċedi l-art f’Ġudea, Samaria u Ġerusalemm tal-Lvant.

Aqra aktar

AĠĠORNAT: Tinstab it-tifla ta’ ħames snin li sparixxiet f’Manchester

17:00 Rosey, it-tifla ta’ ħames snin li sparixxiet kmieni dagħlodu, instabet qawwija u sħiħa.

Hi nstabet siegħa u nofs wara li bdiet it-tfittxija fiċ-ċentru ta Bury.

Aktar Qabel: Bħalissa għaddejja tfittxija intensiva wara li tifla ta’ ħames snin sfat nieqsa f’kumpless tax-xiri f’Bury f’Manchester fl-Ingilterra.

Rosey Louise Thompson intlemħet l-aħħar fil-kumpless tax-xiri bl-isem ta’ Mill Gate Shopping Centre f’Bury illum għall-ħabta tal-11:00 ta’ dagħlodu.

Il-Pulizija ta’ Manchester qalu li Rosey, li għandha xagħar mil-lewn id-deheb u kienet liebda ġakketta roża, kienet viċin l-entratura meta sparixxiet.

Send this to a friend