Internazzjonali – Page 526 – One News

Notifiki

Paolo Gentiloni mistenni jieħu post Renzi

Paolo Gentiloni huwa mistenni li jieħu post Matteo Renzi bħala Prim Ministru tal-Italja. Il-President Taljan Sergio Mattarella se jiltaqa’ ma Gentiloni, li preżentament qed iservi bħala Ministru għall-affarijiet barranin illum, dan ġie mħabbar fi stqarrija maħruġa mill-Uffiċju tal-President. Huwa mistenni li f’din il-laqgħa, Mattarella jsaqsi lil Paolo Gentiloni biex jieħu post Renzi.
Aqra aktar

Fost l-ewwel li jagħmel, jestendi l-istat ta’ emerġenza fi Franza

“L-istat ta’ emerġenza impost fi Franza wara l-attakki f’Pariġi għandhom ikunu estiżi biex nipproteġju l-elezzjonijiet tas-sena d-dieħla”.

Dan qalu l-Prim Ministru Bernard Cazeneuve. Huwa qal li kien qed ifittex li l-estensjoni tkun sal-15 ta’ Lulju biex tkopri żmien importanti fil-politika Franċiża.

Il-Parlament mistenni japprova din il-miżura nhar it-Tlieta, biex b’hekk din tkun il-ħames estensjoni ta’ emerġenza introdotta wara l-attakki tat-13 ta’ Novembru tas-sena li għaddiet.

Estremisti Islamiċi kienu qatlu 130 persuna u kkawżaw ġrieħi lil mijiet oħra.

L-aktar apoloġija stramba li qatt kellha tagħmel attriċi? Il-poplu tal-Hawaii irritat bi kbir!

L-attriċi Amerikana Jennifer Lawrence kellha titlob apoloġija mill-aktar stramba.

Meta kienet intervistata waqt il-Graham Norton Show tal-BBC, fettillha tirrakkonta dwar xena ta’ filming għas-serje The Hunger Games, li nġibdet fil-Hawaii, f’post meqjus sagru.

Irrakkontat ukoll li kienet konxja li mhux suppost tpoġġi fuq il-ġebel sagru ta’ dan il-post, għaliex tkun qed tesponih għal ċertu partijiet tal-ġisem.

Aqra aktar

Tradizzjoni tal-Milied li TWERWER lit-tfal u li nittamaw ma tispirax ġenituri Maltin!

Jekk tkun bilgħaqal, jiġi San Niklaw u jtik rigal. S’hemm it-tfal Maltin huma konxji.

It-tfal tar-Repubblika Ċeka għandhom biċċa inkwiet oħra, għax mhux biss iridu jkunu bilgħaqal, imma jridu juru dan l-għaqal lix-xitan!

Tradizzjoni ħelwa u b’intenzjoni tajba li iżda twerwer lit-tfal hija spejgata f’dan il-filmat.

Aqra aktar

Inkwiet kbir għall-Prinċep Harry

Il-Prinċep Harry kapaċi jpejjep sa pakkett Marlboro Lights kuljum. Fatt sorprendenti li se jlaqqgħu ma’ sfidi ġodda, hekk kif Buckingham Palace ħareġ regoli stretti biex ma jkun hemm ebda tipjip fir-residenzi rjali, inkluż Kensington Palace, fejn jgħi Harry. Dan ilu jpejjep minn meta kien għadu ferm iżgħar – vizzju li qabdu meta kien għadu student f’Eton.

 Sa ftit tal-ġimgħat ilu, f’Buckingham Palace per eżempju stajt tpejjep f’ċertu zoni. Però minn issa, l-affarijiet se jinbidlu.

Aqra aktar

Send this to a friend