Internazzjonali – Page 525 – One News

It-tarbija li twieldet darbtejn

Tarbija minn Lewisville, Texas, twieldet darbtejn. Dan għax ħarġuha minn ġuf ommha għal għoxrin minuta, f’intervent li salvalha ħajjitha.

Meta kellha 16-il ġimgħa tqala, l-omm Margaret Hawkins Boemer skopriet li bintha, Lynlee Hope, kellha tumur fl-ispina ta’ daharha. Dan it-tumur (sacrococcygeal teratoma) kien qed iżomm id-demm milli jilħaq il-fetu, u b’hekk kien kbir ir-riskju li Lynlee issofri minn attakk tal-qalb fatali.

Meta kirurgi fetħu ġuf l-omm, it-tarbija kienet tiżen biss 0.53 ta’ kilogramma. It-tumur u t-trabija kienu kważi l-istess daqs. L-omm diġa’ kienet qed tistenna tewmin, iżda waħda mit-trabi mietet fi stadju bikri. Qabel għamlet l-intervent fuq Lynlee, ingħatat il-parir li ttemm it-tqala kompletament.

Aqra aktar

Jekk issiefer ħafna lejn l-Ingilterra…

…għandek aħbarijiet tajba.

L-ajruport ta’ Heathrow se jikber fid-daqs. Dan wara li l-espansjoni ġiet apporvata minn kumitat ta’ Ministri fil-parlament Ingliż. Din hija deċiżjoni li Downing Street għad trid tikkonferma uffiċjalment, u s-Segretarju għat-Trasport Chris Grayling mistenni jagħmel stqarrija aktar tard illum.

Studju li sar is-sena li għaddiet irrakkomanda li tinbena t-tielet runway f’Heathrow, pero qed ikun ikkunsidrat runwat f’Gatwick minflok, jew inkella li tkun estiża runway diġa eżistenti f’Heathrow.

Għexieren mejta wara attakk f’akkademja tal-Pulizija fil-Pakistan

Minn tal-inqas 58 gwardjan inqatlu fil-Pakistan wara li tliet militanti armati b’bombi attakkaw akkademja tal-Pulizija fil-belt ta’ Quetta.

Kien biss wara operazzjoni ta’ salvataġġ li damet għaddejja sigħat, li l-irġiel li wettqu l-attakk inqatlu. Dan wara li żammew numru t’ostaġġi.

Ħadd għadu ma refa r-responsabbiltà għal dan l-attakk, għalkemm attakki simili fil-belt inkwistjoni twettqu minn separatisti u militanti Iżlamiċi.

 

 

Imutu n-nies fuq rikba f’park ta’ divertiment fl-Awstralja

Minn tal-inqas erba’ persuni tilfu ħajjithom fl-Awstralja wara inċident fuq waħda mir-rikbiet fil-park tad-divertiment Dreamworld fil-Gold Coast. Il-Pulizija ta’ Queensland iddeskriva l-inċident fil-park bħala wieħed kritiku. Dreamworld huwa l-ikbar park tad-divertiment fl-Awstralja, b’aktar minn ħamsin attrazzjoni għall-familja kollha. Fi stqarrija li ħarġet ftit tal-ħin ilu mill-amministrazzjoni tal-istess park, kienu kkonfermati tlett’imwiet.

Battibekki rjali!

Ir-Reġina spiċċat fiċ-ċentru ta’ battibekk bejn is-subien tagħha fuq ir-rwol li l-prinċipessi Beatrice u Eugenie għandu jkollhom fil-Familja Rjali Ingliża.
Il-Prinċep Andrew, li għandu 56, qal li jrid lill-bniet tiegħu jwettqu d-dmirijiet rjali full-time, u jkollhom rwoli simili għal dawk tal-prinċep William u Harry. Qal ukoll l-prinċipessi, li huma fis-seba’ u tmien post fil-linja li l-tron, għandhom jingħataw kwartieri ikbar fejn jgħixu, f’Kensington Palace.
Id-Duka ta’ York allegatament poġġa t-tħassib tiegħu f’ittra lil ommu, li għaddiet il-kwistjoni lill-Prinċep Charles. Dan, li għandu 67 sena, allegatament imblokka dan il-pass, għaliex jibża li n-numru ta’ persunu rjali iffinanzjat mit-taxxi jhedded popolarità tiegħu meta jsir re.

Banek jaħsbu biex jirrilokaw mir-Renju Unit

Banek kbar fir-Renju Unit qed iħejju għal rilokazzjoni. Kienet din it-twissija tal-British Bankers’ Association. F’The Observer, il-kap tal-Assoċjazzjoni Anthony Browne wissa li banek żgħar ukoll jaf ifittxu li joperaw barra r-Renju Unit sas-sena d-dieħla. Qal li d-dibattitu politiku bħalissa mhux jiffavorixxi li banek jibqgħu fir-Renju Unit.

Waqt konferenza annwali tal-Assoċjazzjoni l-ġimgħa li għaddiet, huwa diġa’ qal li ħafna banek qed iħejju timmijiet apposta biex dawn jiddeterminaw liema partijiet mill-operat jeħtieġ jiċċaqalqu, sa meta, u kif se jagħmluha.

Qal li s-settur  bankarju huwa aktar effetwat minn Brexit minn setturi oħra fl-ekonomija. Qal li huwa l-ikbar suq li jesporta u l-iktar suq li huwa internazzjonali u kapaċi jiċċaqlaq.

Missieru tah injezzjoni mimlija demm bl-HIV, bit-tama li jmut u ma jħallasx manteniment

Meta missier Brryan Jackson mlieh bi-kontenut ta’ siringa mimlija demm infettat bl-HIV, kien qed jittama li t-tifel ma jikber qatt.

Ħadd qatt ma’ immaġina li 24 sena wara, kien se jiffaċċja lill-ibnu l-qorti biex jisma’ l-impatt devastanti tal-att kriminali li wettaq.

Fl-1992 fl-Amerka, Jackson instab li kellu HIV fi stadju ikrah ħafna, u qalu lill-ommu tmur id-dar u jgħixu l-aħħar jiem ta’ ħajjet it-tifel flimkien.

Bryan Stwart, missier Jackson, ltaqa’ ma’ ommu ġewwa faċilità ta’ taħriġ militari f’Missouri, fejn it-tnejn kienu qed jitħarrġu biex isiru tobba. Bdew jgħixu flimkien u ħames xhur wara, f’nofs l-1992, l-omm ħarġet tqila.

Fil-Qorti Jackson irrakkonta li missieru kien vera eċitat meta twieled, iżda l-attitudni lejh ibidlet meta mar jaqdi dmiru f’Operation Desert Storm, l-Arabja Sawdija. L-attitudni tiegħu inbidlet għal kollox. Beda jiċħad li Jackson kien ibnu, jitlob testijiet tad-DNA, u jkun abbużiv verbalment u fiżikalment fil-konfront ta’ ommu.

Aqra aktar

Send this to a friend