Internazzjonali – Page 524 – One News

L-ewwel għalliema bi bżonnijiet speċjali

Minn etá żgħira, Noelia Garella, kienet tgħaddi minn abbuż verbali… it-tfal fil-klassi kienu jsejħula monstru. Illum, Garella rritornat fil-klassi tal-iskola u qed turi lil bullies li hija kapaċi u rnexxielha tasal fejn ħadd qabel ma rnexxielu jasal, din it-tfajla llum hija l-ewwel għalliema fl-Amerka bi bżonnijiet speċjali.
Aqra aktar

Jieħdu l-fuel ‘l barra mill-Afrika ta’ Fuq

Grupp ta’ bastimenti tal-gwerra Russi, inkluż l-unika wieħed li jġorr l-ajruplani,  huma irrapportati li ħadu l-fuel fil-baħar ‘l barra mill-Afrika ta’ Fuq, fi triqithom lejn is-Sirja.

Il-BBC jirrapporta dalgħodu li xi wħud mill-bastimenti li kellhom jidħlu f’port Spanjol kellhom operazzjoni abortita wara li alleati tan-NATO esprimew tħassib.

Nato jinsabu mħassba li l-ajruplani abbord se jintużaw għall-attakki fuq nies ċivili fil-belt Sirjana Aleppo.

Il-President Vladimir Putin aċċenna wkoll li l-bumbardament mill-ajru fuq il-Lvant ta’ Aleppo, miżmuma  minn ribelli, se jerga’ jibda.

Aqra aktar

Vigarju Ingliż imneżża mill-kariga: ossessjonat fuq is-sess vjolenti

Mara ta’ vigarju irrakkontat quddiem it-tribunal taċ-Church of England f’Londra li żewġha kien jieħu sehem f’attivitajiet sesswali meqjusa avventurużi minn bosta.

Skont rapporti fil-mezzi tax-xandir Ingliżi, mart ir-reverend James Meredith Day qalet li kien jgħix ħajja doppja u kien iffissat fuq is-sess. Fost oħrajn kien iħobb jara pornografija vjolenti. Kien jipparteċipa fis-sess fil-gruppi, imur ġo sawna suppost riżervata għal koppji omosesswali u kien jipprova jiltaqa’ ma’ prostituti.

Aqra aktar

Il-ġungla Franċiża għadha mimlija

Għalkemm uffiċjali Franċiżi ddikjaraw li l-kamp t’immigranti f’Calais huwa vojt, jidher li l-hekk imsejħa “ġungla” għadha miżgħuda b’mijiet ta’ immigranti.

Dan skont ġurnalisti u nies li jinsabu fuq il-post.

Intqal ukoll li matul il-lejl li għadda, mal-mitt tifel u tifla tħallew waħedhom mingħajr post fejn jorqdu.

Aqra aktar

“Il-bini tagħna beda jiċċaqlaq”- Malti f’Ruma

Lawrence Attard huwa Malti li fil-ħin tat-terremot fl-Italja lbieraħ kien jinsab Ruma. Permezz tas-sit soċjai Facebook huwa qal li ħass it-terremot sew, bil-bini “jiċċaċlaq” għal xi mumenti.

Fil-ħin li kiteb, it-terremot kien għadu kemm seħħ, bl-ewwel ħsieb tiegħu tkun it-tama li ma kienx hemm persuni mejta. B’xorti tajba l-awtoritajiet Taljani kkonfermaw li ma kienx hemm telf ta’ ħajja, madanakollu l-biża’ tibqa’ reali ħafna, speċjalment wara li mietu mijjiet f’Awwissu li għadda.

Aqra aktar

Lejl imqatta’ barra għat-Taljani

Theżżiżiet li kejlu 5.4 u 5.9 fuq l-iskala Richter laqtu l-Italja ċentrali lbieraħ filgħaxija. B’xorti tajba ma kienux theżżiżiet fondi, u kejlu disa’ u tmin kilometri taħt l-art.

It-tieni terremot ikkawża aktar paniku fost il-popolazzjoni taż-żoni milquta, anke minħabba li diġa’ kellhom biża’ wara t-terremot fatali tal-24 t’Awwissu.

Minkejja li ma miet ħadd, indarab raġel f’Visso wara li waqa’ saqaf, filwaqt li tmienja oħra sofrew minn tbenġil ġewwa Fabriano.

Aqra aktar

Dwiefer enormi, daqna sal-irkoppa u bla dawl għal 20 sena – miżmum mill-ġenituri u misjub bi żball

Raġel Brażiljan ta’ 36 sena inħeles ilbieraħ wara li allegatament kien qed jinżamm maqful minn missieru u ommu tar-rispett, fil-kantina tad-dar tagħhom, għal mill-inqas 20 sena.

Il-Pulizija sabet lil Armando de Andrade purament b’kumbinazzjoni, waqt li kienet qed tfittex fid-djar għal membri ta’ gang fid-droga.

Armando, li sparixxa meta kellu 16-il sena, instab marbut ma’ sodda fil ċkejkna, f’kamra bla twieqi f’dar f’São Paulo. Huwa nstab fi stat ta’ malnutrizzjoni, bi dwiefer deskritti “enormi” u daqna li kibret sal-irkoppa. Qatta’ żewġ deċennji mingħajr dawl, b-art mimlija ippurgar.

Il-kap tal-Pulizija, Celso Marchiori, li qed jinvestiga l-każ, qal il-mument pulizija sabuh, qam bilwieqfa, u ma lissinx kelma li hi kelma. Ittieħed dritt l-isptar fejn qed jinżamm għall-kura, iżda ħadu ma qal xejn.

Aqra aktar

Send this to a friend