Internazzjonali – Page 522 – One News

Tinħass theżżiża f’Malta…. terremot ieħor fl-Italja

Theżżiża li seħħet 150km Lvant tal-kosta Maltija nqabdet mill-apparat tal-Universitá ta’ Malta. Din it-theżżiża kejlet 4.5 fuq l-iskala Richter.
Aktar kmieni dalgħodu, Terremot qawwi heżżeż Norcia fiċ-ċentru tal-Italja, u qered diversi binjiet. It-theżżiżiet seħħew kważi xahrejn wara li terremot kbir ħasad il-ħajja ta’ tlett mitt persuna u qered diversi bliet.

Pineapple Pen – GUINNES WORLD RECORD

Pikotaro, il kummidjant Ġappuniż u kantant tal-hit ‘PPAP’ kien uffiċjalment rikonoxxut mill-Guiness World Records waqt ċerimonja f’Tokjo. Dan għas-suċċess kbir li għamlet il-kanzunetta fiċ-charts internazzjonali.

PPAP (Pen-Pineapple-Apple Pen), hija uffiċjalment l-iktar diska qasira li qatt daħlet fil-Billboard Hot 100. Id-diska fiha 45 sekonda u sabet ruħha fiċ-charts Amerikani nhar id-29 ta’ Ottubru 2016.

Il-video rawh aktar minn 67 miljun darba minn meta kien ippublikat fuq YouTube f’Awwissu. Għen fil-popolrità Justin Bieber, li ddikjara li huwa l-aktar video favorit tiegħu fuq l-Internet, f’post li għamel fuq Twitter.

Aqra aktar

Matt u Chewy – ħbieb kbar

Tifel Awstraljan bl-isem ta’ Matt xtaq kelb, iżda ommu ma ħallitux.

S’issa storja ta’ ħafna tfal, anke hawn Malta. B’differenza li Matt spiċċa jrabbi alpaca.

It-tifel iltaqa’ mal-aplaca Chewy meta l-annimal sufi kien qed jistenna biex jinqatel għal-laħam.

It-tifel u Chewy, li għandha tliet snin, jgħixu f’Adelaide, fejn spiċċaw famużi fil-lokalità tagħhom minħabba li jgħamlu kollox flimkien.

Aqra aktar

Omm u missier f’battalja dwar il-ġeneru tat-tifel

Missier beda jattakka għaqda tal-karità kontroversjali li titkellem favur tfal transesswali talli “indaħlu” f’argument dwar x’għandu jilbes it-tifel tiegħu li għandu ħames snin.

Il-missier jinsab fi ġlieda mal-eks mara tiegħu, li temmen li t-tifel tagħhom jidentifika lilu nnifsu bħala tifla.

L-omm temmen li t-tifel għandu jilbes uniformi ta’ tifla għall-iskola, fejn qed jiġi mħeġġeġ mill-għaqda ta’ karità għal tfal transesswali. Il-missier sostna li t-tifel tiegħu jinsab konfuż minħabba ommu, dan minħabba li l-omm bdiet tlibsu ta’ tifla minn meta kellu sentejn u nofs.

Aqra aktar

Lil Hillary Clinton sabulha imejls ġodda…

Lil Hillary Clinton sabulha imejls ġodda. Madanakollu qalet li tinsab “kunfidenti” dwar din l-investigazzjoni ġdida mill-FBI, u qalet li din is-sejba mhux se tkun qed tbiddel id-deċiżżjoni dwar kif hi m’għandiex tiġi prosekuta.

Il-kandidata f’isem il-Partit Demokratiku sejħet lid-direttur tal-FBI biex jispjega din l-inkjesta lill-poplu Amerikan.

F’Marzu 2015 sar magħruf li Clinton, meta kienet Segretarja tal-Istat Amerikan, użat is-server privat ta’ familtha għall-komunikazzjoni uffiċjali, minflok l-imejl uffiċjali tal-istat. Din il-komunikazzjoni uffiċjali tinkludi eluf ta’ imejls.

Dawn l-aħħar l-imejls spiċċaw oġġett tal-kontroversja meta ntsabu waqt inkjesta separata fuq Huma Abedin – l-eks mara ta’ dak li darba kien politiku, Anthony Weiner.

Apparat elettroniku ta’ Abedin u Weiner ġie ikkonfiskat meta bdiet investigazzjoni dwar jekk hu kienx bagħat imejls sesswalment espliċiti lil tfajla ta’ 15-il sena.

 

L-ewwel għalliema bi bżonnijiet speċjali

Minn etá żgħira, Noelia Garella, kienet tgħaddi minn abbuż verbali… it-tfal fil-klassi kienu jsejħula monstru. Illum, Garella rritornat fil-klassi tal-iskola u qed turi lil bullies li hija kapaċi u rnexxielha tasal fejn ħadd qabel ma rnexxielu jasal, din it-tfajla llum hija l-ewwel għalliema fl-Amerka bi bżonnijiet speċjali.
Aqra aktar

Send this to a friend