Internazzjonali – Page 521 – One News

Notifiki

FILMAT: Il-mument li trakk saq fuq is-suldati

Erba persuni nqatlu f’Ġerusalemm minn Palestinjan li saq trakk ġo grupp ta’ suldati, f’dak li qed jingħad mill-pulizija bħala attakk terroristiku. Filmat tas-CCTV wera t-trakk jinstaq barra mit-triq għal ġos-suldati b’veloċita għolja, u wara rriversja għal fuq iktar vittmi.

Aqra aktar

FILMAT: Jaħtfu lil bintha quddiem għajnejha

Dan il-filmat juri l-mument li raġel prova jaħtaf tifla minn ħanut fil-preżenza ta’ ommha. Dan juri kif anke meta t-tfal ikunu mal-ġenituri xorta waħda jibqa’ r-riskju li t-tfal jinħatfu minn xi stranġier. F’dan il-każ, l-omm ħalliet it-tifla tagħha ftit ‘il bogħod minnha biswit il-bieb tal-entratura u fi ftit sekondi kienet se tiġi maħtufa.

Aqra aktar

Borra pass bogħod – Tgħid tasal s’hawn?

Ftit passi ‘l bogħod minn pajjiżna, l-art hija miksija bajda u t-temperaturi baxxi qed ikomplu jippersistu. Kienu bosta r-ritratti li tpoġġew fuq is-sit soċjali facebook li juru art bajda f’postijiet li rari jaraw dan it-tip ta’ temp fi Sqallija, fosthom f’ Taormina u Giardini Naxos.

Aqra aktar

AĠĠORNATA: Erba’ persuni mejta wara li trakk saq għal fuqhom

Erba persuni nqatlu f’Ġerusalemm minn Palestinjan li saq trakk ġo grupp ta’ suldati, f’dak li qed jingħad mill-pulizija bħala attakk terroristiku. I

l-mejta huma tliet nisa u raġel, l-erbgħa li huma fl-għoxrinijat, filwaqt li tlettax-il persuna oħra sfaw feruti. Il-pulizija qalet li s-sewwieq tat-trakk inqatel wara li suldati mill-istess grupp sparaw fuqu.

F’dawn l-aħħar ħmistax-il xahar kien hemm ħafna attakki fuq Iżraeljani minn Palestinjani, bl-użu ta’ skieken, pistoli u anke vetturi.

Il-kap tal-pulizija qal li l-aggressur tal-attakk li seħħ il-Ħadd kien Palestinjan mil-Lvant ta’ Ġerusalemm. Filmat tas-CCTV wera t-trakk jinstaq barra mit-triq għal ġos-suldati b’veloċita għolja, u wara rriversja għal fuq iktar vittmi.Aqra aktar

Send this to a friend