Internazzjonali – Page 516 – One News

Notifiki

Tarbija ta’ tlieta

Koppja li kienet infertili fl-Ukrajina twelditilha tarbija permezz tal-proċess IVF bejn tlett persuni.

Il-gazzetta Ingliża The Times irrappurtat li t-tobba fi Kiev użaw metodu jismu pronuclear transfer. Metodu li ntuża l-ewwel darba fid-dinja. Madanakollu, dan mhux l-ewwel wild li twieled bid-DNA ta’ tlett ġenituri.

Dan hekk kif wild ieħor twieled b’metodu kemmxejn differenti s-sena l-oħra fil-Messiku. It-team fi Kiev iffertilizzaw il-bajda tal-omm mal-isperma tal-partner tagħha.

Aqra aktar

Antonio Tajani l-President tal-Parlament Ewropew

Antonio Tajani kien elett President tal-Parlament Ewropew fejn se jkun is-suċċessur ta’ Martin Schulz.

Tajani, li ġej mill-Partit tal-Popolari Ewropew kien favorit sa mill-bidu, iżda ftehim bejn il-Popolari Ewropej u l-Liberali, li rtiraw lill-kandidat Guy Verhofstadt, issiġillaw ir-rebħa tiegħu biex se jmexxi l-Parlament Ewropew għas-sentejn u nofs li ġejjin.

Is-soċjalisti Ewropej kellhom lil Gianni Pitella bħala kandidat għal din il-kariga, filwaqt li kandidati oħra li kienu ġejjin minn gruppi iżgħar deher sa mill-bidu li ma kellhomx ċans li jkunu eletti.

Il-vot fil-Parlament Ewropew kien wieħed sigriet.

Theresa May tispjega l-Ingilterra x’se tagħmel…

Il-Prim Ministru Ingliż Theresa May tkellmet dwar il-pjan tar-Renju Unit li joħroġ mill-Unjoni Ewropea. Dan għamlitu lil diplomatiċi f’Lancaster House.
Qalet fost oħrajn li r-Renju Unit ma jistax jibqa’ fis-suq waħdani Ewropew, għax ikun ifisser li prattikament ma jkun telaq xejn mill-UE. Qalet però li r-Renju Unit se jkun qed jagħti l-ikbar imbottatura possibbli sabiex jibqa’ jaċċessa dan is-suq. Ħabbret li l-Parlament se jkun qed jivvota fuq il-ftehim aħħari bejn ir-Renju Unit u l-Unjoni Ewropea. Wiegħdet it-tmiem tal-era li fiha r-Renju Unit kien jikkontribwixxi bi kbir f’dawk li huma finanzi Ewropej.

Aqra aktar

RAQDET waqt programm live!

L-għejja taf tagħmel tagħha fl-aktar mumenti strambi.

Hekk ġralha mara bl-isem ta’ Eloisa, li waqt programm Spanjol bl-isem ‘La Tarde, aquí y ahora’ raqdet fl-istudio.

Biex jiċċajta,  il-preżentatur qal “ma nafx jekk hux qed tmut live fuq it-televiżjoni, jew jekk sempliċement raqditx Eloisa”.  Talab lill-pubbliku iċapċap bilmod biex ma jqajjimx lil Eloisa. Tefa d-dawl u mar iqajjimha.

Sitwazzjoni li waqt il-programm daħku biha, però ninsabu konxji li hemm min għandu problema serja u jorqod bla twissija. Kundizzjoni li ġġib magħha ħafna tbatija u li mhux ta’ min wieħed jagħmel żufjett. Il-mara però ammettiet li ma tantx raqdet il-lejl ta’ qabel.

Aqra aktar

Sospiża t-tfittxija għall-MH370

Ġiet sospiża t-tfittxija għall-ajruplan tal-linja tal-ajru Malaysian Airlines, li kien għeb tliet snin ilu b’293 persuna abbord.

Fi stqarrija konġunta, l-Awstralja, il-Malażja u ċ-Ċina qalu li din id-deċiżjoni ttieħdet b’sens ta’ dieqa, wara tfittxija li ma ħalliet ebda frott f’aktar minn 120,000 metru skwadru tal-Oċean Indjan.

Aqra aktar

Imut l-aħħar raġel li mexa fuq il-qamar fl-età ta’ 82 sena

Fl-età ta’ 82 sena miet l-Astronawta Gene Cernan – li huwa l-aħħar raġel li mexa fuq il-qamar.

Cernan kien wieħed mit-tliet persuni li telgħu fuq il-Qamar darbtejn, u l-aħħar wieħed li ħalla l-passi tiegħu proprju fl-elf disa’ mija tnejn u sebgħin.

Huma tnax –il persuni li mxew fuq il-Qamar, u sitta minnhom biss għadhom ħajjin.

Aqra aktar

Send this to a friend