Internazzjonali – Page 514 – One News

Sarkozy jirtira mill-politika

L-eks President Franċiż Nicolas Sarkozy ħabbar li jixtieq jirtira mill-politika wara li tilef it-tellieqa interna fost ir-Repubblikani biex ikun kandidat għall-elezzjonijiet Presidenzjali.

Filwaqt li ammetta t-telfa, Sarkozy esprima appoġġ lejn Francois Fillon, li rebaħ l-ewwel round ta’ voti, b’44% tal-voti favurih.

Aain Juppe, il bħal Fillon huwa eks Prim Ministru, ġie fit-tieni post.

Aqra aktar

Qassisin Kattoliċi se jibdew jaħfru l-abort

Il-Papa Franġisku se jippermetti lill-qassisin kattoliċi jaħfru lil dawk li jkunu għamlu l-abort.

Dan ħabbru f’ittra maħruġa illum, fejn qal li l-abort huwa dnub gravi għax itemm ħajja innoċenti. Madanakollu, żied jgħid, m’hemm ebda dnub li l-ħnien t’Alla m’hu kapaċi jaħfer, jekk isib qalb li verament tkun trid il-maħfra u toqrob lejn il-Missier.

Qal li kull qassis għandu jkun ta’ gwida, appoġġ, u faraġ għal min jiddispjaċih.

Messaġġ ta’ missier li bintu tilfet il-battalja kontra l-kanċer

Kull demgħa, kull għajta ta’ uġigħ u kull minuta ta’ tbatija. Dan ir-ritratt li tpoġġa fuq is-sit soċjali facebook juri l-emozzjoni li jħoss dak il-missier u dik l-omm li jkollhom uliedhom jiġġieldu l-battalja tal-kanċer. It-tifla f’dan ir-ritratt tilfet din il-ġlieda lbieraħ.

screen-shot-2016-11-21-at-08-10-31
Ir-ritratt li poġġa l-missier. It-tbatija taċ-ċkejkna minn għajn il-missier.

Aqra aktar

Wara Trump, jaf ikollna lil Dwayne ‘The Rock’ Johnson

Wara r-rebħa elettorali ta’ Donald Trump biex issa sar President tal-Istati Uniti, Dwayne ‘The Rock’ Johnson osserva li “kollox hu possibbli”.

L-istilla ta’ Hollywood tkellem f’intervista ma’ Vanity Fair dwar il-prospetti tiegħu waqt li kien qed jippromwovi l-film ġdid ta’ Disney “Moana”.

Aqra aktar

Bir-ritratti: Muniti minflok madum!

Il-mod ta’ kif wieħed iżejjen id-dar dejjem tkun f’idejh hekk kif mhux kulħadd ikollu l-istess gosti. Mara bl-isem fittizju ta’ TanyaTooners poġġiet ritratti fuq is-sit Imgur, biex turi l-progress ta’ kif qed toħloq disinn magħmul minn muniti għall-art minflok madum.

Aqra aktar

Send this to a friend