Internazzjonali – Page 513 – One News

Notifiki

Bill Gates jittama li ma tfaqqax epidemija fatali ta’ influwenza

Il-filantropu billjunarju, Bill Gates qal li qed jittama li fl-għaxar snin li ġejjin ma tfaqqax l-epidemija fatali ta’ influwenza.

Huwa qal dan għaliex stqarr li d-dinja bħalissa hija pjuttost vulnerabbli.

Gates, li l-fondazzjoni tiegħu tinvesti fit-titjib globali tal-kura tas-saħħa, sostna wkoll li l-Ebola u z-Zika urew li s-sistemi li jirrispondu għall-emerġenzi għadhom mhumiex b’saħħithom biżżejjed.

Iċ-Ċina timmira biex tasal fuq Mars sal-2020

 

L-ambizzjoni taċ-Ċina flimkien bil-programm tal-ispazju li qed jikber b’rata mgħagla qed jimmiraw biex jinżlu fuq in-naħa mudlama tal-qamar sal-2018, u jaslu fuq Mars sal-aħħar tad-diċenju.

F’konferenza tal-aħbarijiet li ġiet mtella’ mill-aġenzija tal-ispazju fiċ-Ċina stess ddiskutew il-miri li għandu l-gvern Ċinż dwar l-esplorazzjoni tal-ispazju.

Aqra aktar

Il-Polonja tixtri pittura ta’ da Vinci u kollezzjoni famuża għal prezz miżeru

Il-Gvern Pollakk għadu kif xtarha kollezzjoni tal-arti famuża, li tinkludi pittura rari ta’ Leonardo da Vinci, għal ftit meta kkumparat kemm verament tiswa.

Il-kollezzjoni bl-isem ta’ The Czartoryski ġie mibjugħa għal prezz miżeru ta’ €100 miljun minkejja li l-istima inizjali ta’ kemm verament kienet tiswa kienet ta’ €2 biljuni.

Aqra aktar

Ir-Russja twieġeb billi tkeċċi 35 diplomatiku hi wkoll

Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin Russu sejjaħ għat-tkeċċija ta’ 35 diplomatiku Amerikan. Dan b’risposta għal pass simili li għamel Washington ilbieraħ. 

Il-Minsitru għall-Affarijiet Barranin Sergei Lavrov qal li din it-talba saret lill-President Vladimir Putin. L-amministrazzjoni ta’ Barack Obama qed tinponi sanzjonijiet wara l-allegat hacking min-naħa tar-Russi waqt l-elezzjoni presidenzjali tal-Istati Uniti.

Tonfoq $250 mill-kont bankarju t’ommha

Tifla ta’ sitt snin minn Maumelle, Arkansas iddejqet tistenna lil Father Christmas biex iwasslilha r-rigali għal dan il-Milied u għalekk ħadet ir-riedna f’idejha billi għamlet xirja ta’ $250 f’rigali għaliha.

Ashlynd Howell stenniet lil ommha torqod, ħaditilha l-mowbajl u ħalset għax-xirja billi qabdet id ommha u użat l-marka tas-swaba biex jiġi approvat il-ħlas.

Aqra aktar

L-AMERKA TKEĊĊI DIPLOMATIĊI RUSSI

Il-White House ħabbret sanzjonijiet fil-konfront tar-Russja. Dan b’allegat interferenza Russa fl-elezzjoni presidenzjali tal-Pajjiż.
Is-sanzjonijiet jinkludu t-tkeċċija mill-pajjiż ta’ 35 ta’ diplomatiċi u disa’ entitajiet Russi. Il-President Barack Obama qal li ħamsa u tletin Diplomatiku russu ġew ordnati jitilqu mill-pajjiż u sostna li l-interferenza tagħhom fi proċess delikat hija inaċċettabbli u intollerabli.

Tiftakru lill-ALF? Tilef ħajtu wkoll

Tiftakru l-karattru ALF? Michu Meszaros, l-attur wara l-karattru mis-snin tmenin, miet fl-età ta’ 76 sena.

Mezaros kien twil biss 33 pulzier – fattizza li għenitu biex kiseb ir-rwol ta’ ALF.

Huwa sofra minn stroke il-Ħamis li għadda u kien l-isptar minn dakinhar. Il-ħabib u manager tiegħu, Dennis Varga, ikkonferma l-mewt tiegħu ftit ilu.

Aqra aktar

Send this to a friend