Internazzjonali – Page 505 – One News

Notifiki

Il-Ġermanja għandha President ġdid

L-eks Ministru tal-Affarijiet Barranin tal-Ġermanja, Frank-Walter Steinmeier, ġie appuntat bħala President mill-Assemblea Parlamentari fejn se jkun qed jieħu post il-President attwali, Joachim Gauck, fis-19 ta’ Marzu.

Is-Soċjalist Demokratiku ta’ 61 sena hu wieħed mill-aktar politikanti popolari fil-Ġermanja.

Il-kariga titqies aktar bħala ċerimonja, iżda l-President jirrappreżenta lill-Ġermanja barra mill-pajjiż.

Aqra aktar

Mistenni minn kulħadd minn madwar id-dinja

Wasal iż-żmien mistenni minn kulħadd… u dan mhux biss f’Malta!

Madwar id-dinja bdew iċ-ċelebrazzjonijiet marbuta mal-Karnival, fejn per eżempju fi Pjazza San Mark f’Venezja – belt sinonima ħafna ma’ dawn il-jiem ta’ bluha, eluf ta’ nies ħadu sehem fil-ftuħ grandjuż tal-Karnival.

Akrobati akkumpanjati b’fanali jixgħelu fid-dlam taw spettaklu maġiku biswit il-Grand Canal ta’ Venezja.

Aqra aktar

Tigdem id sidha biex tallarmaha b’nirien li ħakmu d-dar

Kmieni l-Ħamis filgħodu, membri tat-tifi tan-nar irċivew telefonata dwar nirien li ħakmu dar f’Clairmont f’Alberta. Kienet propju l-qattusa tal-familja li allarmat lill-familja u salvathom minn nirien.

Għall-ħabta tat-3:30 ta’ filgħodu, il-qattus daħal fil-kamra tal-ġenituri u beda jigdem id sidu sakemm stenbħet. Ġara li minn hemm indunat li d-dar inħakmet minn nirien u minn hemm setgħet tallarma lill-familja  biex joħorġu mir-residenza.

Aqra aktar

Il-Korea ta’ Fuq tispara missila bħala test

Il-Korea ta’ Fuq sparat l-ewwel missila bħala test minn meta Donald Trump sar President tal-Istati Uniti.

Trump wiegħed lill-Prim Ministru tal-Ġappun, Shinzo Abe, li “l-Amerika se tkun qed tappoġġja lill-Ġappun.”

Il-missila ġiet sparata mil-Lvant tal-pajjiż

Aqra aktar

“Qalbi, xtrajtlek bukkett bejken”

Immaġina. L-imħabba ta’ ħajtek titolbok tagħlaq għajnejk f’jum San Valentinu. Tistenna li ġej xi bukkett fjuri, xi ċurkett, xi rigal li forsi ma messitekx ix-xorti għalih fil-Milied…imma minflok tiġi riħa qawwija ta’ bejken.

Din hija idea innovattiva li ħareġ biha stabiliment tal-ikel din is-sena. Dejjem jivvintaw…pero forsi hija idea tajba għal min ir-romantiċiżmu ma jagħmilx ħafna bih u jippreferi jimla żaqqu minflok xi vażun.

Aqra aktar

Biċċa xogħol kbira biex iżżomm mal-240 balena ħajja!

Fi New Zealand għaddejja ħidma sabiex ikunu salvati mal-240 balena li għadhom fuq ix-xatt.

Kmieni dalgħodu għadd ta’ voluntiera irnexxielhom isalvaw 100 balena mill-400 li nhar il-Ħamis spiċċaw fuq xatt. Hija biċċa xogħol diffiċli anke jekk numru kbir ta’ voluntiera qed jgħinu f’Farewell Spitt.

Ammont kbir mietu, minkejja li l-pubbliku u professjonisti għamlu minn kollox biex isalvawhom.  Hemm it-tama li l-baleni li spiċċaw fuq il-bajja dalgħodu jsalvaw meta jerġ’a jidħol l-ilma fix-xatt għada filgħodu. Persuni qed josservaw is-sitwazzjoni mill-qrib u għad mhux magħruf jekk ix-xatt se jara iktar baleni li jidħlu fiż-żona.

Qed jingħad li xi klieb il-baħar setgħu iddirieġew lill-baleni lejn din il-parti u dan minħabba li fuqhom nstabu marki ta’ gdim.

Aqra aktar

Trump se joħroġ b’waħda ġdida nhar it-Tnejn jew nhar it-Tlieta

Il-President Amerikan Donald Trump qed jikkonsidra ordni eżekuttiva ġdida biex iwaqqaf ċittadini ta’ ċertu pajjiżi milli jivjaġġaw lejn l-Isttai Uniti, wara li l-ewwel attentat tiegħu falla grazzi għall-Qrati Amerikani.

Lil ġurnalisti fuq ajuplan tal-Air Force One, Trump qal li ordni ġdida aktarx tinħareġ nhar it-Tnejn jew nhar it-Tlieta. L-ordni oriġinali kienet biex nies minn seba’ pajjiżi Musulmani ma jitħallewx jidħlu l-Istati Uniti. Issa qal li l-ordni l-ġdida se tbiddel ftit li xejn, imma ma provdiex iktar dettalji.

Send this to a friend