Internazzjonali – Page 503 – One News

Notifiki

Tifel ta’ 12-il sena jipponta arma tan-nar lejn ras studenta għax ried chicken nugget

Tifel ta’ 12-il sena minn New York City allegatament ipponta arma tan-nar lejn studenta li kienet fl-istess klassi tiegħu u ordnalha tagħtih chicken nuggets kmieni din il-ġimgħa, dan skond uffiċjali tad-Dipartiment tal-Pulizija ta’ New York.

Qed jingħad li dan kien it-tieni attentat li t-tifel ipprova jakkwista mingħand din it-tifla. It-tifel ra lit-tifla tixtri c-chicken nuggets mingħand il-McDonalds u meta rrifjutat it-tifel beda jsegwiha.Aqra aktar

Jgħidu li n-Nutella toħloq il-kanċer – Ferrero tirrispondi

Il-kumpanija Ferrero, li ħolqot in-Nutella, qed tiddefendi l-għażla li għamlet fejn għamlu użu miż-żejt tal-palma bħala ingredjent fin-Nutella, dan wara li rapporti fuq siti barranin sostnew li dan l-ingredjent joħloq il-kanċer.

Fl-aħħar jiem in-Nutella kienet qed titneħħa minn fuq l-ixkaffi ta’ stabbilimenti li jbiegħu l-ikel wara li ħarġu dawn id-dettalji minn studju li saru.

L-istudji qalu li ż-żejt tal-palma għandha sorsi korċinoġeniċi aktar minn meta kkumparat ma’ żjut li ġejjin mill-ħaxix.

Aqra aktar

Jinkwadraw l-aħħar mumenti ta’ binhom tewmi

Lyndsay u Matthew Brentlinger minn Toledo f’Ohio, kienu ilhom is-snin jipprovaw ikollhom tarbija, u l-ħolma tagħhom saret realtà meta fis-17 ta’ Diċembru li għadda kellhom tewmin. Wiliam u Reagan.

Sfortunatament, William twieled b’diversi kumplikazzjonijiet. Kien fis-seba’ xahar tat-tqala meta l-koppja Brentlinger saru jafu li wieħed mit-tewmin kien se jitwieled mejjet, iżda rnexxielu jgħix tul it-tqala kollha, twieled u għamel ħaj 11-il jum qabel ma tilef ħajtu.

Aqra aktar

Filmat DISTURBANTI ĦAFNA – imma vera jew falz?

Bl-Ingliż jgħidu “to fall in love”.

Din it-tfajla litteralment waqgħat, jew kienet imbuttata, biex inkunu preċiżi.

Bħalissa fuq id-dinja virtwali hemm domanda li tiddisturba ftit: dan il-filmat minnu jew inkella hija reċta?

Fil-filmat, it-tfajla Franċiża tidher qed tmexxi lill-maħbib tagħha f’tarf ta’ irdum. Imma f’daqqa waħda, itiha imbuttatura għal isfel, tant li tspiċċa taqa’ dak li jidher li huwa sular ‘l isfel, għal fuq il-blat. Tinstema’ tgħajjat hi u nieżla.

Hawn, min qed jiġbed jagħmel sinjal b’idejh, biex jindika li kollox sewwa.

Jekk il-filmat huwa veritier, min ġibdu jista’ jkun f’inkwiet kbir. Jekk huwa xi forma ta’ ċajta, żgur li qed jibgħat messaġġ ħażin ħafna fis-soċjetà.

Aqra aktar

Send this to a friend