Internazzjonali – Page 5 – One News

Il-plejer tal-Juventus Dybala ttestjat pożittiv għall-Coronavirus

Il-Plejer ta’ fama Internazzjonali Paulo Dybala kif ukoll it-tfajla tiegħu Oriana ġew ittestjati pożittivi għall-Coronavirus.

Dan ħabbru fuq it-Twitter tiegħu fejn qal li huma t-tnejn jinsabu f’kundizzjoni ta’ saħħa tajba.

Huwa rringrazzja lill-eluf ta’ persuni li bagħtulu messaġġi ta’ kuraġġ.

Imut il-kantant Kenny Rogers fl-età ta’ 81 sena

Fil-21 ta’ Marzu tħabbret il-mewt tal-kantant internazzjonali tal-mużika country, Kenny Rogers. Huwa kellu 81 sena.

Coward of the County, Lucille, Ruby don’t take your love to town, She believes in me u Islands in the stream flimkien ma’ Dolly Parton kienu fost l-aktar kanzunetti mfittxija tal-kantat rebbieħ ta’ diversi unuri fosthom tliet Grammies.

Aqra aktar

Il-bandiera Maltija fost il-bnadar li nxtegħlu fuq l-istatwa ta’ Kristu Rendentur fil-Brażil

Il-bandiera Maltija kienet fost il-bnadar li dehru fuq l-istatwa enormi ta’ Kristu Redentur f’Rio de Janiero fil-Brażil.

Dawn il-bnadar inxtegħlu fuq din l-istatwa famuża bħala talba għal dawk il-pajjiżi kollha milquta mill-imxija tal-Coronavirus.

Din il-mixegħla saret hekk kif l-Arċisqof ta’ Rio de Janeiro, Orani João Tempesta iċċelebra quddiesa taħt din l-istatwa, fejn talab għal dawk kollha affettwati bil-Coronavirus.

Il-futbol Ingliż sospiż sal-aħħar ta’ April

Il-futbol Ingliż ġie sospiż sat-30 ta’ April minħabba l-imxija tal-Coronavirus. Din is-sopenzjoni se tkun qed tolqot lill-kampjonati kollha li jintlagħbu fl-Ingilterra, jiġifieri l-Premier League, il-Football League u l-FA Cup, flimkien mal-kampjonat domestiku tan-nisa.

Waqt laqgħa bejn il-klabbs il-kbar tal-futbol Ingliż ġie deċiż li se jagħmlu l-almu kollu tagħhom sabiex dan l-istaġun jintemm, b’din il-possibilità issa tista’ ssir ukoll hekk kif il-UEFA ssospendiet il-Kampjonati Ewropew li kellhom isiru dan is-sajf, għall-2021.

Send this to a friend