Internazzjonali – Page 499 – One News

Notifiki

L-Ingliżi jgħidu IVA għal aktar abort

Membri Parlamentari Ingliżi vvotaw favur abbozz ta’ liġi li jippremetti l-abort f’aktar ċirkostanzi fl-Ingilterra u Wales. Il-voti kienu 172 favur u 142 kontra.

Issa l-abbozz ta’ liġi se jgħaddi għat-tieni qari nhar l-24 ta’ Mejju. Jekk jgħaddi, tidħol liġi fis-seħħ fejn l-abort ma jibqax illegali.

Fl-1967, permezz tal-Abortion Act, kien stabbilit li teħtieġ l-approvazzjoni ta’ tabib biex isir abort, u kien isir biss jekk il-persuna tqila tissodisfa ċertu kriterji. Din il-liġi sfat taħt kritika qawwija anke minħabba l-preżenza qawwija ta’ pilloli li jtemmu t-tqala li tista’ tixtrihom online. Dawn qed jinxtraw anke minn min għandu aktar minn 24 ġimgħa tqala.

L-abbozz ta’ liġi japplika biss għall-Ingilterra u Wales. Fl-Irlanda ta’ Fuq, l-abort jibqa’ illegali f’kull ċirkostanza, inkluż stupru u inċest.

Aqra aktar

Waħda tagħlaq 70, l-oħra 20 sena minn mewtha…Camilla se jkollha żżomm lura milli tiċċelebra

Bħala l-mara tal-eredi tat-tron, huwa mistenni li d-Dukessa ta’ Cornwall tiċċelebra għeluq is-sebgħin sena tagħha b’attivitajiet pubbliċi ta’ ċertu stoffa. Madanakollu, rapporti fuq il-mezzi tax-xandir Ingliżi qed jgħidu li se jkun jum bi ftit mill-inqas ċelebrazzjonijiet nhar is-17 ta’ Lulju. Dan għaliex wara ftit jiem biss, se jitfakkar l-għoxrin sena anniversarju minn meta mietet il-Prinċipessa Diana.

Aqra aktar

Tiġi approvata l-liġi biex ir-Renju Unit joħroġ mill-UE

Il-Parlament Ingliż għadda l-abbozz ta’ Brexit, biex hekk il-Prim Ministru Ingliż Theresa May, mil-lum tista’ tiskatta b’Artiklu ħamsin sabiex ir-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea.

Madanakollu, rapporti fil-midja internazzjonali jissuġġerixxu li x’aktarx May se tistenna sal-aħħar tax-xahar biex tinforma formalment lill-Unjoni Ewropea u jibda l-proċess ta’ ħruġ mill-istess Unjoni Ewropea.

Aqra aktar

“Ħalluhom fil-lista għal dejjem” – appell ta’ omm li qatlulha lil bintha

Il-familja taċ-ċkejkna April Jones, li sfat maqtula wara li nħatfet minn raġel bi storja ta’ abbużi sesswali, tinsab irrabjata u determinata li ġġib bidla fil-liġijiet Ingliżi.

Dan għaliex mhux permess li isem pedofeli jkun permanentament fuq il-lista ta’ nies li jwettqu abbużi sesswali. Minflok, kemm idum isem xi pedofelu fuq il-lista jiddependi minn kemm tkun twila s-sentenza li ngħata. Il-familja ta’ April, li kellha ħames snin, trid li isem il-qattiel tagħha jibqa’ hemm anke wara li jkun skonta s-sentenza tiegħu. Qed jistaqsu għaliex pedofeli jkollhom il-possibiltà ta’ ċans, meta t-tfal li jkunu abbużaw iġorru l-effetti tul ħajjithom kollha.

Aqra aktar

Kontroversja dwar l-għażla Russa fil-Eurovision

Sigħat qabel jagħlaq iż-żmien li l-pajjiżi li se jipparteċipaw fil-Eurovision li ġej kellhom jissottomettu l-kanzunetti tagħhom, ir-Russja ħabbru li se jibagħtu kantanta li kantat f’kunċert li sar fil-Krimea sentejn ilu. Dik deskritta bħala mossa politika mill-Gvern ta’ Moska, l-istazzjon Russu Channel One għażel lil Julia Samoilova biex tirrapreżenta lir-Russja f’pajjiż li qattgħet l-karti miegħu.

Aqra aktar

2016: Is-sena li matula nqatlu tfal aktar minn kemm inqatlu fl-aħħar sitt snin

Fl-2016, inqatlu aktar tfal Sirjani minn kemm inqatlu fl-aħħar sitt snin ta’ kunflitt. Dan ifisser li s-sena l-oħra rat l-ikbar numru ta’ mwiet f’pajjiż li qed jaffaċċja gwerra, dan skont informazzjoni tal-UNICEF.

Minn tal-inqas 652 tifel u tifla mietu fl-aħħar tnax-il xahar, dan ifisser żieda ta’ 20% fl-2015. Madwar in-nofs ta’ dawn l-imwiet saru f’żona li fiha hemm skola jew fl-iskola stess. Ir-rapport ippubblikat mill-UNICEF jinkludu biss figuri verifikati, jiġifieri n-numru ta’ mwiet jista’ jkun akbar.

Aqra aktar

Send this to a friend