Notifiki

Mietet l-istilla f'”The Sound of Music” Heather Menzies-Urich

Fl-età ta’ 68 sena, mietet l-attriċi u stilla ta’ “The Sound of Music” Heather Menzies-Urich – li fil-film kellha l-irwol ta’ Louise Von Trapp.

L-attriċi u mudella Kanadiża kienet iddijanjostikata b’kanċer f’rasha erba’ ġimgħat ilu, u ħalliet din id-dinja lejlet il-Milied.

Binha kien kkwotat jgħid li ommu “kienet attriċi, ballerina u kienet tħobb il-ħajja”.Aqra aktar

Il-Papa jappella għall-paċi f’Ġerusalemm

Il-Papa Franġisku uża l-messaġġ tradizzjonali tiegħu ta’ Jum il-Milied biex jappella għall-paċi f’Ġerusalemm u għal djalogu bejn l-Israeljani u l-Palestinjani.

Filwaqt li rrikonoxxa t-tensjonijiet bejniethom, huwa appella għal soluzzjoni nnegozzjata li tippermetti ko-eżistenza paċifika bejn iż-żewġ stati.

Il-President Amerikan, Donald Trump riċentament ħabbar li l-Amerika rrikonoxxiet lill-Ġerusallem bħala kapitali ta’ Israel.

Dan il-pass ferm kontroversjali ġab il-kundanna mid-dinja Musulmana.

Il-Paċi u s-Sigurtà fil-Mediterran fost il-punti ta’ taħditiet waqt żjara tal-Ministru Abela fl-Iżrael

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ, Carmelo Abela, kellu taħditiet mal-Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin Iżraeljan, Benjamin Netanyahu, f’Tel Aviv, l-Iżrael. Fost il-punti li ġew diskussi fil-laqgħa waqt din iż-żjara uffiċjali kien hemm ir-relazzjonijiet bilaterali u multilaterali, kif ukoll is-sitwazzjoni fir-rigward tal-paċi u s-sigurtà fil-Mediterran u fil-Lvant Nofsani.

Aqra aktar

Send this to a friend