Internazzjonali – Page 486 – One News

Notifiki

Kulħadd irid ritratt miegħu!

Bone Bone, qattus sufi ħafna li jgħix it-Tajlandja u li tant hu sabiħ li kulħadd irid ritratt miegħu.

Għalkemm huwa qattus, Bone Bone għandu profil fuq Instagram, b’madwar 30,000 segwaċi minn madwar id-dinja.

L-avventuri tiegħu jikkonsistu f’mixjiet sal-park, jiddendel mas-siġar u hu jagħmel dan waqt li jġorr baskett isfar. Filwaqt li Bone Bone iħobb ħafna jippoża waqt li joħdulu r-ritratti, xi ħaġa li ma jħobbx hi min joqgħod imellsu.

Ara ftit mir-ritratti tiegħu hawn isfel.

Aqra aktar

Ritratti li swewlu ħajtu?

Ċertu Daniel Clarke ta’ 20 sena minn Hampshire l-Ingilterra kien qed jivjaġġa minn Bangkok għal Nakhom Si Thammarat, fil-Tajlanda.

Kellu jkun vjaġġ sfortunat li wassal biex bħalissa qed jissielet għal dawk li jistgħu jkunu l-aħħar nifsijiet ta’ ħajtu. Aktarx li ż-żagħżugħ waqa’ mill-ferrovija, li kellha bibien miftuħa u ebda mekkaniżmu biex dawn jingħalqu.

Aqra aktar

ISIBUHA – il-Madeleine McCann Amerikana

Il-fdalijiet ta’ tifla ta’ sitt snin instabu mill-Pulizija. Hija Isabel Celis, li spiss tissejjaħ il-Madeleine McCann Amerikana, għax għebet b’mod misterjuż daqs l-Ingliża. Isabel għebet mill-kamra tas-sodda tagħha ħames snin ilu, u minn dakinhar saħħet tfitxxija intensiva għalija li involviet eluf ta’ uffiċjali. Kieku llum għandha 11-il sena.

Dak li fadal minn Isabel instab f’zona remota f’Pima County.

Il-fdalijiet instabu xahar ilu, iżda issa ġiet identifikata minn esperti forensiċi. Il-fdalijiet instabu mhux b’kumbinazzjoni iżda bħala parti minn tfixxtija. S’issa l-Pulizija ma provdiet ebda dettalji dwar x’wassal għal mewt.

Dan hu l-mument meta missier it-tifla ċempel jirrapportaha mitlufa.

Aqra aktar

Sejba allarmanti

Ritratt allarmanti huwa dak li ppublikat il-Pulizjia Amerikana, wara li iben kantant famuż kien arrestat għal traffikar ta’ persuni.

Huwa iben il-kantant magħruf immens fil-Messiku, Pepe Aguilar. Jose Aguilar kien arrestat wara li nstabu erba’ immigranti illegali fuq wara tal-karozza tiegħu.

L-avukat tal-akkużat jinsisti li l-każ m’għandu x’jaqsam xejn mal-kantant popolari. Kienu klieb tat-tfittxija li sabu lil dawn il-persuni Ċiniżi fil-karozza, fil-konfini ma’ San Diego.

Jiċċelebraw għeluq snin ħofra li ilhom jilmentaw dwarha sentejn

Persuni li jgħixu f’villaġġ f’Nottinghamshire ċċelebraw għeluq snin ħofra, komplut b’kejk, wara li kienu ilhom jilmentaw mal-kunsill dwarha għal madwar sentejn.

Waħda mill-kelliema, Vonnie Daykin, qal li l-ħofra feġġet għall-ewwel darba fit-triq prinċipali f’Plumtree f’Marzu tal-2015.

Hi u ċittadini oħra rrapportaw din il-ħofra lill-Kunsill Lokali ta’ Nottinghamshire, iżda l-ħofra baqgħet hemm u kompliet tikber.

Aqra aktar

Bil-filmat: Tant kellu għatx li xorob minn flixkun!

Wara nixfa kbira li ħakmet diversi żoni fl-Indja, serp King cobra rnexxielu jasal f’villaġġ biex isib x’jixrob. Għalkemm dan it-tip ta’ serp hu magħruf ħafna għal kemm hu perikoluż, l-imħabba li għandhom in-nies f’dan il-villaġġ kienet ikbar mill-biża’ li kellhom lejn dan is-serp.

Il-persuni tal-villaġġ indunaw li dan is-serp tant kien iddisprat meta beda jaffronta u jersaq lejn kull persuna, sabiex forsi xi ħadd iħenn għalih u joffrilu x’jixrob. Minn hemm bdew l-operazzjoni biex jgħinuh.

Aqra aktar

Jipprojbixxu d-daqna twila u l-veli

Iċ-Ċina għadha kif introduċiet restrizzjonijiet ġodda fir-reġjun ta’ Xinjiang, f’kampanja li qed jingħad li hi kontra l-Islam estremist.

Din il-miżura tinkludi l-projbizzjoni ‘abnormali’ ta’ daqna twila, il-projbizzjoni ta’ veli f’postijiet pubbliċi u li tirrifjuta li tara t-televiżjoni tal-istat.

Aqra aktar

It-tmien kuluri ta’ gay pride jitilfu l-ħallieq tagħhom

L-artist Amerikan Gilbert Baker, li ħoloq il-bandiera kulurita simbolu tal-hekk imsejjaħ ‘gay pride’, ħalla din id-dinja fl-età ta’ 65 sena.

Baker ħoloq is-simbolu ta’ tmien kuluri f’San Francisco fl-1978, meta kienu saru ċelebrazzjonijiet f’isem persuni gay. Huwa kien eks suldat li kien tgħallem iħit, u permezz ta’ din il-ħila ħoloq il-bandiera. Kien ukoll attivist qawwi fejn jidħlu d-drittijiet ta’ persuni LGBT.

Aqra aktar

Send this to a friend