


19-il persuna maqtula f’Damascus
Bomba suwiċida qatlet 19-il persuna wara li splodiet fil-kapital Sirjana, Damascus.
Il-Pulizija Sirjana kienu qed jiġru wara tliet vetturi li kienu suspettati li kien hemm persuni li se kienu se jisplodu lilhom infushom, waqt li kienu qed jippruvaw jaċċessaw il-kapital.
Wara ħafna sforzi l-Pulizija rnexxielhom iwaqqfu żewġ vetturi u jwaqqfu l-bombi milli jisplodu, iżda t-tielet sewwieq ħarab u sploda lilu nnifsu wara li daruh.

Tissejjaħ laqgħa t’emerġenza f’Pariġi
Il-Ministri għall-intern ta’ Franza, il-Ġermanja u l-Italja se jiltaqgħu f’Pariġi għal diskussjonijiet ta’ emerġenza wara li l-Italja wissiet li l-influss ta’ immigranti fil-pajjiż mhux sostenibbli. L-Italja qalet li se tagħlaq il-fruntieri u il-portijiet biex ma tilqax bastimenti tas-salvataġġ ġejjin mill-Libja.

Messi jiżżewweġ tfajla li ilu jafha 25 sena
Leo Messi, wieħed mill-aqwa footballers bħalissa, iżżewweġ lill-imħabba ta’ tfulitu, f’tieġ Arġentinjan mill-aktar sinjur.
Aktar minn 250 membri tal-familja u ħbieb, inkluż l-ikbar ismijiet fil-football, marru l-Arġentina biex jaraw lil Messi, ta’ 30 sena, jiżżewweġ lil Antonella Roccuzzo, ta’ 29 sena, f’lukanda.
Il-koppja ilha taf lil xulxin 25 sena, hekk kif kienu ħbieb meta kienu tfal. Huwa ma ħallew lil ħadd juża mobiles waqt it-tieġ, u l-ħaddiema kellhom jaħilfu li ma jgħidu lil ħadd dak li raw fit-tieġ esklussiv.

NEW YORK: eks tabib jagħmel massakru
Raġel armat fetaħ in-nar fi sptar fi New York, fejn qatel tabiba u weġġa sitt persuni oħra, ħamsa minnhom serjament. L-aggressur, li fil-passat kien jaħdem bħala tabib fl-istess sptar, jismu Henry Bello u kellu 45 sena. Huwa qatel lilu nnifsu waqt l-attakk.
L-isparatura bdiet għal ħabta tat-tlieta neqsin ħamsa ta’ wara nofsinhar ħin lokali, fl-Isptar Bronx-Lebanon. Is-Sindku Bill de Blasio qal li dan l-attakk ma kienx att terroristiku, imma relatat mal-ħidma fl-istess sptar. Iddeskriva l-attakk bħala sitwazzjoni tal-biża f’nofs post li n-nies jassoċjawh mal-kura u l-fejqan.

Il-Pulizija Franċiża arrestat raġel li kien se jipprova jagħmel attakk terroristiku

Traġedja li setgħet tiġi evitata

Il-Ġermanja tapprova żwieġ bejn koppji tal-istess sess
Maġġoranza ċara ta’ Membri Parlamentari Ġermaniżi vvottaw favur il-liġi ta’ żwieġ bejn koppji tal-istess ġeneru, dan jiem wara li l-Kanċillier Angela Merkel opponiet din il-liġi.

Zaur Dadayev responsabbli li qatel il-Kap tal-Oppożizzjoni Russu
Il-Qorti Russa sabet is-suspettat ewlieni li qatel il-Kap tal-Oppożizzjoni Boris Nemtsov ħati tal-akkużi miġjuba kontrih.

Raġel ma jitħalliex abbord ajruplan għaliex għandu diżabbiltà
Il-linja tal-ajru Japan’s Vanilla Air għamlet apoloġija wara li persuna b’diżabbiltà li tagħmel użu mis-siġġu tar-roti ġiet sfurzata li titla t-taraġ biex titħalla fuq l-ajruplan.