Internazzjonali – Page 482 – One News

Notifiki

Tiftakruha l-Ebola? Saret sejba interessanti ħafna

Tiftakruha l-Ebola? Studju ppublikat fil-Proceedings of the National Academy of Sciences issa jista’ jiżvela li 61% tal-każijiet kienu kkaġunati minn 3% biss ta’ nies li kienu infettati. Hu mifhum li tfal u anzjani kienu fost dawk li l-aktar li xerrdu l-marda.

Issa hemm it-tama li billi jkun mifhum kif dawn it-3% irnexxilhom ixerrdu l-marda b’tant suċċess, wieħed ikun jista’ jipprevedi aktar mard fil-ġejjieni.

Aktar minn 28,600 persuna kienet infettata bl-Ebola bejn l-2014 u l-2015 fil-punent tal-Afrika, u 11,300 persuna tilfet ħajjitha.

IR-RITORN TAL-GĦARWENIN

Ir-rivista Playboy ħabbret li se terġa tibda tippublika ritratt ta’ mudelli għarwenin. Is-sena li għaddiet kienet iddeċidiet li tneħħi dawn it-tip ta’ ritratti. Cooper Hefner, responsabbli mill-aspett kreattiv tar-rivista, ħabbar li d-deċijoni li jlibbsu l-għarwenin kienet żball totali.

Permezz ta’ tweet ħabbar li Playboy se jieħu l-identità tiegħu lura. Fl-istess waqt qed jippromwovu l-hashtag #NakedIsNormal.

Ir-reazzjonijiet, kif jiġri dejjem, kienu mħallta. Min feraħ bil-fatt li se jkollu festa ta’ għarwenin għad-disponibilità tiegħu, u min qal li hija sfortuna li materjal pornografiku (hemm dibattitu jissejjaħx hekk) huwa faċli wisq biex taċċessah.

Jirriżenja dak li jagħti pariri lil Trump fuq is-sigurtà

Michael Flynn, dak li qed jagħti pariri lil Donald Trump dwar sigurtà nazzjonali, irriżenja.

Il-White House ħabbret li rriżenja minħabba kuntatti li għandu mar-Russja. Qed ikun allegat li ddiskuta sanzjonijiet Amerikani mal-ambaxxatur Russu, qabel Trump sar President. Qed jingħad ukoll li żgwida uffiċjali tal-Gvern dwar din il-konverżazzjoni li kellu.

Hu mifhum li Flynn issa huwa vulnerabbli għal theddid mir-Russja. Huwa illegali għal ċittadini iprivati li jagħmlu diplomazija f’isem l-Istati Uniti, u l-każ seħħ qabel Flynn inħatar.

 

Bil-filmat: Jgħidu li welldet mogħża wara sentejn tqala

Mara għadha kif welldet mogħża wara li għamlet sentejn tqala, dan skond x’ġie rrapportat fil-midja Niġerjana.

Il-mara, li ma ntqalx x’jisimha, ġie rrapportat li għamlet sentejn tqila u kien għalekk li marret f’ċentru tal-komunità tfittex l-għajnuna.

Ċentru li joffri servizz tas-saħħa b’xejn kien infetaħ minn patri, l-istess ċentru li l-mara marret fih.

Aqra aktar

Trudeau jmur għand Trump biex itaffi mit-tensjoni

Il-Prim Ministru Kanadiż Justin Trudeau ltaqa’ mal-President Amerikan Donald Trump.

Iż-żewġ mexxejja ltaqgħu fil-White House fejn tkellmu fit-tul dwar ir-relazzjonijiet ekonomiċi u l-kwistjoni tal-immigrazzjoni.

Il-laqgħa ta’ bejn Trudeau u Trump hija deskritta bħala vitali wara t-tensjoni li żdiedet fl-aħħar ġimgħat.

Akkużat li kien se joqtol lil martu u lil bintu ta’ erba’ snin

Il-pjan li kellu missier biex joqtol lil martu u lit-tifla ta’ erba’ snin ħareġ fil-beraħ meta l-akkużat bi żball bagħat messaġġ tal-pjan lill-eks impjegatur tiegħu minflok lil dak li kellu jwettaq il-pjan.

Jeff Lyte, minn Washington fl-Istati Uniti, ħallas raġel bl-isem ta’ Shayne biex joqtol lil martu u lit-tifla tiegħu li għandha biss erba’ snin, dan kollu biex jieħu s-somma ta’ $1.5 MILJUN li kieku kien jingħata mingħand tal-life insurance’ kieku tilef lil familtu.

Aqra aktar

VALANGA: mill-inqas erba’ persuni mejta fi Franza

Mill-inqas erba’ persuni mietu wara li valanga laqtet stabiliment tal-iski f’Tignes, fin-nofsinhar tal-pajjiż.

Disa’ persuni indifnu wara li l-valanga għaddiet minn ħdejn l-istabiliment. Il-Pulizija qed tgħid li ħames persuni għadhom nieqsa. Fil-grupp kien hemm tmien persuni u l-gwida tagħhom.

BIŻA MILL-ISIS – iwissi l-Gvern Ingliż

Skont rapport tal-Gvern Ingliż, persuni fanatiċi parti mill-ISIS għamlu theddid dirett relatat ma zoni turistiċi Spanjoli. Dawn huma zoni frekwentati ħafna minn turisti Ingliżi. Qed ikun irrapportat li t-theddid inkiteb fuq mezzi soċjali, u qed jikber it-tħassib għax il-grupp qed iqabbad tradutturi tal-lingwa u ġiħadisti barranin biex jiktbu dawn it-tip ta’ messaġġi b’lingwi differenti. Id-dokument Ingliż jgħid li l-ISIS bdew ifittxu estremisti li jafu jitkellmu bl-Ispanjol is-sajf li għadda.

Il-‘maternity wear’ ta’ Beyonce

Minn meta ħabbret it-tqala tagħha, il-kantanta Beyonce għamlet l-ewwel dehra pubblika tagħha lbieraħ, waqt il-Grammy Awards f’Los Angeles.

L-istilla ta’ 35 sena li qed tistenna tewmin kellha idea differenti għal kollox ta’ dak li huwa ‘maternity wear’!

Aqra aktar

Il-warda tiegħek se tkun parti mis-87%?

L-Olanda huwa l-esportatur ewlieni tal-fjuri. Forsi diġà kont taf, imma issa l-Eursostat ikkonferma li 87% tal-ward kollu fl-Unjoni Ewropea ġej minn hemm. U li forsi ma kontx taf huwa li l-pajjiż li l-aktar jimporta ward maqtuh huwa l-Ġermanja, b’25% tal-ward importat madwar l-Ewropa imur hemm.

Fl-ewwel 10 xhur tal-2016, 84% tal-istati membri Ewropej li esportaw ward maqtuh għamlu dan lejn pajjiżi Ewropej stess. 16% marru lejn pajjiżi barra l-Ewropa, partikolarment ir-Russa. 34% tal-ward esportat barra l-Unjoni Ewropea infatti mar ir-Russja. 22% mar l-Iżvezja u 16% marru l-Istati Uniti.

Kwart tal-fjur li stati membri Ewropej importaw ġew minn barra l-Unjoni, primarjmanent mill-Kenya (38%), l-Ecuardor (17%) u l-Etjopja (16%).

 

Send this to a friend