Internazzjonali – Page 480 – One News

Notifiki

F’appell imqanqal, Trump jaqbeż għal martu

Bla dubju, li l-politiċi huma esposti għall-kritika iżda anke dawk ta’ madwarhom. Filfatt, Melania Trump, il-mara ta’ Donald Trump sa mill-ewwel ġurnata kienet affaċjata bi kritika hekk kif kienet akkużata li kienet taħdem bħala escort. Liema akkużi kienu foloz hekk kif hija rebħet il-każ li ressqet kontra l-gazzetta Ingliża fil-Qorti.

Dwar dan tkellem il-President tal-Istati Uniti f’konferenza tal-aħbarijiet u stqarr li l-mara tiegħu se tkun rappreżentanta tajba ħafna tan-nisa.

Aqra aktar

Terġa’ tfeġġ wara snin mgħerrqa

Knisja storika li għandha madwar 400 sena reġgħet ħadet in-nifs hekk kif inkixfet minn taħt l-ilma wara kważi diċenju mgħerrqa kompletament.

Jidher li filwaqt li tqatta’ ħafna minn ħinha taħt l-ilma, din il-Knisja Dumnikana fil-Messiku għadha f’kundizzjoni tajba fejn skond filmati miġbudin minn drone tidher bi struttura intatta.

Aqra aktar

Imfittex mill-Pulizija b’konnessjoni ma’ qtil ta’ żewġ tfajliet

Il-Pulizija qed tfittex raġel b’konnessjoni mal-qtil ta’ żewġ tfajliet li kellhom 14 u 13-il sena minn Indiana. It-tfajliet instabu t-Tlieta li għadda wara li marru mixja flimkien. Raġel, li fuq kamera tas-sigurtà deher miexi l-istess passaġġ ftit tal-ħin wara qed jiġi mfittex, bil-Pulizija toħroġ ritratt uffiċjali tas-suspettat.

Il-Pulizija li mal-ewwel qalet li dan hu każ ta’ omiċidju qed jinvestigaw biex forsi jsolvu dan il-każ tant sfortunat, li ħalla żewġ tfajliet mejtin.

Aqra aktar

Jammetti li kellu aktar minn 9,000 ritratt u filmat ta’ porn ESTREM fuq tfal

Ċertu David Carey minn North Tyneside fl-Ingilterra wieġeb ħati li kellu fil-pussess tiegħu aktar minn 9,000 ritratti u filmati ‘estremament offensivi’ ta’ tfal. Uffiċjali tal-Pulizija qed jgħidu li huma fost l-iktar materjal gravi li qatt ġie f’idejhom. Minbarra li ammetta li kellu din il-librerija fil-pussess tiegħu, ammetta wkoll li ddistribwixxa materjal ta’ dan it-tip lil ħaddieħor.

Ir-raġel ta’ 33 sena kellu wkoll 73 ritratt u 91 filmat ta’ pornografija estrema fejn in-nies jagħmlu s-sess mal-annimali. Carey, li jgħix ma’ ommu anzjana, ammetta 13-il offiża miġjuba kontrih bejn l-2012 u l-2016.

Il-każ tiegħu se jkompli jinstema’ lejn l-aħħar ta’ Marzu u sadanittant tqabbad jara psikjatra. Huwa tqabbad jiffirma f’reġistru ta’ persuni li għamlu offiżi sesswali u kien rilaxxat fuq libertà proviżorja.

Aqra aktar

Minn kamp tar-refuġjati għal mudella bil-hijab ma’ Kanye West

Halima Aden, tfajla ta’ 19-il sena, bħalissa tinsab fuq fomm kulħadd dan hekk kif għadha kif immudellat liebsa l-hijab waqt ix-xow tal-moda ta’ Kanye West.

Il-mudella li hi nofsha Somalja u nofsha Amerikana, iffirmat kuntratt mal-kumpanija IMG Models ftit qabel ma ngħatat iċ-ċans biex timmudella bil-ħwejjeġ iddisinjati mill-kantant famuż, ir-raġel ta’ Kim Kardashian, Kanye.
Aqra aktar

Send this to a friend