Internazzjonali – Page 477 – One News

Ġlieda tħalli 26 persuna mejta

Madwar 26 għoxrin persuna mietu waqt irvell li dam erbatax-il siegħa f’ħabs fil-Brażil. Sorsi tal-BBC qalu li ċ-ċifra ta’ mwiet riveduta hija tliet darbiet iktar minn dak irrapportat fil-bidu, numru li mistenni jkompli jiżdied.

Aqra aktar

Joħroġ fil-beraħ ir-rapport li għamlet Kim Kardashian dwar is-serqa f’Pariġi

Smajt il-ħsejjes ġejjin minn mal-bieb u bdejt nistaqi iżda ħadd ma rrisponda. Minn hemm ċempilt lil gwardja tiegħi u minn bejn il-bieb rajt żewġ persuni mgħammda resqin.

Dan kien parti mir-rakkont li qalet fir-rapport tal-Pulizija, Kim Kardashian, wara li sfat attakkata u misruqa ġewwa l-kamra li kienet tinsab fiha f’hotel f;Pariġi.

Aqra aktar

Ċirklu tal-annimali se jieqaf wara 146 sena ta’ spettaklu

Iċ-ċirklu bl-isem ta’ Ringling Bros. And Barnum & Bailey ħabbar li se jkun qed jagħmel l-aħħar spettaklu tiegħu f’Mejju li ġej wara 146 sena ta’ spettaklu.

Din l-aħbar tħabbret minn Fel Entertainment, fejn il-Maniġer tal-kumpanija, Kenneth Feld, kiteb li kienet deċiżjoni diffiċli iżda flimkien ma’ familtu ddeċidew li jwaqqfu l-ispettaklu taċ-ċirklu. Hu qal li wara li lura f’Mejju kellhom iwaqqfu l-iljunfanti milli jieħdu sehem waqt l-ispettaklu, il-bejgħ beda jonqos ferm aktar malajr minn qatt qabel u minn hemm ittieħdet l-aħjar deċiżjoni għal kulħadd.

Aqra aktar

Konferenza f’Pariġi se tħeġġeġ taħdidiet ta’ paċi bejn l-Iżrael u l-Palestinjani

Fil-kapitali Franċiża Pariġi qed tittella’ konferenza internazzjonali deskritta minn ħafna bħala kruċjali, biex tħeġġeġ taħdidiet ta’ paċi bejn l-Iżrael u l-Palestinjani.

Delegati minn sebgħin nazzjon mistennija jingħaqdu flimkien u jappoġġjaw soluzzjoni għall-paċi bejn iż-żewġ stati, li ilhom fil-kunflitt deċenji sħaħ.Aqra aktar

Send this to a friend