Internazzjonali – Page 476 – One News

Notifiki

Isibu żrinġijiet li fihom daqs difer

Erba’ żrinġijiet ġodda, li tant huma żgħar li joqgħodu fuq id-difer tas-suba’ l-oħxon, instabu f’foresti fl-Indja. Dan wara diversi snin ta’ esplorazzjoni fil-foresti Kerala u Tamil Nadu.

Iż-żrinġijiet, li huma fost l-iżgħar fid-dinja, jgħixu fuq l-art fil-foresta u jgħamlu ħsejjes qishom insetti tul il-lejl.

Aqra aktar

Jiddeċiedi jċempel skola u jgħidilhom li huwa tifel ta’ tliet snin…

Dan ir-raġel iddeċieda jċempel skola u jgħidilhom li mhux dieħel. Mhux għax jaħdem hemm, imma għax jgħid li hu tifel bl-isem ta’ ‘Tim’ ta’ tliet snin.

Diġa huwa misteru kif irnexxilu jagħmel leħnu daqshekk irqiq, imma l-mod li bih ikellem lill-ħaddiema tal-iskola huwa pjuttost tad-daħk.

Għalkemm mhix xi mġieba eżemplari li wieħed jagħmel dawn it-tip ta’ telefonati b’ċajta, il-filmat dar dawra sew mal-internet.

Żgur li l-ħaddiema tal-iskejjel diġà jkollhom biżżejjed fuq idejhom…kull ma jkun jonqoshom li jċempel xi ‘Tim’.

Aqra aktar

XARBA LETALI fir-Renju Unit – omm din it-tfajla sabitha mejta

Tfajla tal-iskola instabet mejta wara li xorbot tip ta’ cider li qed jissejjaħ l-aktar xorb alkoħoliku rħis fir-Renju Unit.
Mega Craid-Wilkinson ta’ 16-il sena nstabet mejta minn ommha wara lejl barra mal-ħbieb, li fih xorbot ic-cider tad-ditta Frosty Jack, li fih 7.5% kontenut alkoħoliku.

Dan jista’ jinxtara fi fliexken tat-tliet litri, għall-prezz irħis ta’ £3.49. Fih l-istess alkoħol daqs li kieku wieħed ikun ħa 22 shots ta’ vodka. Esperti fil-qasam tas-saħħa qed jinsistu li din ix-xarba għandha ssir illegali llum qabel għada.

Sal-2030 il-medja ta’ kemm jgħix bniedem taf titla’ ‘il fuq minn 90 sena!

Il-medja ta’ kemm jgħix il-bniedem mistennija tiżdied f’diversi pajjiżi sal-2030 – u mistennija titla’ ‘l fuq minn 90 sena fil-Korea t’Isfel, dan skont riċerka ġdida.

Ir-riċerka analizzat informazzjoni ġdida dwar il-mortalità u l-għomor twil sabiex isiru jafu kif l-għomor mistenni jinbidel f’35 pajjiż industrijali sal-2030. Aqra aktar

Imfittex uffiċjal tal-Ambaxxata tal-Korea ta’ Fuq b’rabta mal-qtil ta’ ħu Kim Jong-un

Il-Malasja qed tistaqsi lill-Korea ta’ fuq għal għajnuna biex ifittxu lill-uffiċjal tal-ambaxxata li x’aktarx għandu konnessjoni mal-qtil ta’  Kim Jong-nam, ħu Kim Jong-un.

Hjon Kwang Song hu wieħed fost tliet persuni li qed jiġi mfittex b’rabta ma’ dan il-każ, fejn fosthom hemm ukoll impjegat tal-linja tal-arju tal-istat.

Aqra aktar

FILMAT: L-infermiera jagħmlu minn kollox biex iżommu ċkejkna bi tbissima

F’dan il-filmat sempliċi li juru numru ta’ infermiera jiżfnu u jkantaw ma’ ċkejkna li qed tingħata l-kura l-isptar jnissel tbissima, iżda mhux biss.

Dan il-filmat juri d-dedikazzjoni tal-infermiera li mhux biss jassiguraw li jagħtu l-aqwa għajnuna lill-pazjenti iżda jagħmlu ukoll ħilithom biex minkejja d-diffikultajiet u t-tbatija li jkunu għaddejjin minnha l-pazjenti jibqgħu bi tbissima fuq fommhom u jsibu l-pożittiv fost in-negattivita.

Aqra aktar

Missier din iċ-ċkejkna rabatha mal-bamboo u ħalliha f’ċimiterju…biex jisseduċi lil ommha

Residenti ta’ villaġġ Ċiniż kienu maħsuda bi kbir meta sabu tifla tibki abbandunata f’ċimiterju. It-tifla għandha setejn u kienet marbuta ma’ xitel tal-bamboo meta nstabet. Apparentement il-ġenituri tat-tifla iddivorzjaw. Hu mifhum li missierha abbandunaha apposta biex ommha tibda tagħti kasu u tikkonsidra terġa’ tkun miegħu mill-ġdid. Aqra aktar

Send this to a friend