Internazzjonali – Page 474 – One News

Notifiki

Il-Ġermanja tirċievi 136 talba għall-ażil minn Torok b’passaporti diplomatiċi

Bejn Awwissu li għadda u Jannar ta’ din is-sena, wara l-attentat kolp ta’ stat fit-Turkija, il-Ġermanja rċeviet mija sitta u tletin talba għall-ażil minn Torok li għandhom passaporti diplomatiċi.

Talbiet li l-Ġermanja kienet imħeġġa mit-Turkija biex ma tilqax.

Żewġ suldati Torok, li qed jingħat li ħadu sehem fl-istess attentat kolp ta’ stat, talbu għall-ażil fil-Greċja.

Karozza bomba tħalli 41 persuna mejta

Karozza bomba ħalliet 41 persuna mejta f’villaġġ maħtuf mir-ribelli qrib il-belt Sirjana al-Bab.

Il-villaġġ, li jinsab tmien kilometri ‘il bogħod minn al-Bab, jinsab taħt il-kontroll kważi assolut tar-ribelli Torok, dan wara ħidma biex jeqirdu militanti tal-grupp terroristiku Daesh (IS).

L-attakk qatel 35 persuni ċivili u sitt ribelli. Il-persuni ċivili kienu jinsabu f’dak il-post, dan minħabba li kienu qed jistenenw li jingħataw permess biex jirritornaw lura lejn al-Bab, iżda sfortunatament kien propju dak il-ħin li splodiet il-bomba.

Nisa u rġiel bejn it-18 u 45 sena pprojbiti milli jivvjaġġaw

Lvant tal-Libja pprojbixxiet lil irġiel u nisa bejn l-etajiet ta’ 18 u 45 sena milli jivvjaġġaw barra mill-pajjiż mingħajr permess.

Il-Kap militari tar-reġjun, Abdelrazzak Al-Naduri, qal li l-għan wara din id-deċiżjoni hu bħala prekwazzjoni biex l-ebda persuna li jkollha ħsieb li tingħaqdu ma’ gruppi terroristiċi ma tingħata ċ-ċans. Aqra aktar

Trump b’linji gwida ġodda għal persuni transgender

Il-President tal-Istati Uniti Donald Trump biddel il-linji gwida li kienu qed isegwu l-iskejjel tal-istat li kienu jippermettu persuni transgender jużaw toilets skont l-identità tal-ġeneru.

Il-linji gwida kienu ħarġu mill-predeċessur tiegħu Barack Obama u kienu deskritta bħala rebħa għad-drittijiet ta’ persuni transgender.

Aqra aktar

Il-Ministru Messikan għall-Affarijiet Barranin jikkundanna deċiżjoni li ħa Trump

Il-Messiku kkundannat il-linji gwida maħruġa mill-Istati Uniti, li taħthom kważi kull Messikan jista’ jiġi deportat.
Ir-regoli l-ġodda jinkludu nies li ma jkollhomx id-dokumenti neċessarji fejn jintbgħatu lejn il-Messiku, anke jekk ma jkunux Messikani.

Iżda l-Ministru Messikan għall-Affarijiet Barranin, Luis Videgaray qal li l-pajjiż tiegħu “ma jistax jaċċetta din id-deċiżjoni li se jkunu imposti minn Gvern fuq Fvern ieħor.”

Żewġ uffiċjali Amerikani bħalissa jinsabu fil-MEssiku sabiex jiddiskutu dawn il-miżuri.

Tinstab sistema solari ġdida bi pjaneti li x’aktarx jaf ikollhom l-ħajja fuqhom

Xjentisti għadhom kif ħabbru li sabu sistemà solari ġdida mimlija pjaneti li huma viċin ħafna tad-dinja u saħansitra li wieħed jista’ jgħix fuqhom. Dan tħabbar ftit tal-ħin ilu waqt konferenza tal-aħbariiet minn NASA.

Minn tal-inqas tliet pjaneti mis-seba’ li hemm qed jitqiesu bħala opportunità tad-deheb għall-astronawti biex jesploraw, dan hekk kif jinsabu f’pożizzjoni perfetta biex ikun hemm il-ħajja fuqhom. L-istess pjaneti jaf ikollhom ibħra fejn dan ifisser li verament jista’ jkun hemm il-ħajja fuqhom.

Aqra aktar

“Jibża’ jorqod waħdu f’każ li jmut” – omm tifel bil-kanċer

Imbeżża’ li se jmut waqt li jkun rieqed, ir-ritratt ta’ tifel minn Texas bl-isem ta’ Drake Medinger mhux wieħed faċli biex tħares lejh iżda juri eżattament ir-realtajiet ta’ minn xiex jgħaddu nies li jkollhom kanċer.

“Dan huwa hu, Drake, Stinky Joe, id-dinja tiegħi,” qalet ommu Jessica Medinger b’sens ta’ mħabba f’messaġġ li qasmet fuq is-sit soċjali Facebook u mar virali.

“Huwa t-tbissima tiegħi, l-imħabba tiegħi, it-taħbita ta’ qalbi. Iżda kif ukoll huwa d-dmugħ tiegħi, u l-uġiegħ ta’ qalb u n-nervi. Huwa ħajti,” kitbet l-omm.

Aqra aktar

Send this to a friend