Internazzjonali – Page 472 – One News

Notifiki

Tifla ta’ ħames snin tmut wara li t-tabiba rrifjutat li teżaminha

Omm ta’ tifla ta’ ħames snin qasmet l-esperjenza tagħha, esperjenza qarsa li waslet għall-mewt ta’ bintha. Bintha mietet wara li kellha attakk tal-ażma, iżda d-destin ta’ din iċ-ċkejkna seta’ jinbidel li kieku t-tabiba li l-0mm għamlet appuntament ta’ emerġenza magħha eżamina. Hija ma għamlitx l-eżami mediku fuq it-tifla għax l-omm waslet ftit minuti tard għall-appuntament.

Aqra aktar

Qatlu lil binhom bil-ġuħ u ħallewh mingħajr kura

Il-ġenituri ta’ żagħżugħ ta’ ħmistax-il sena nstabu ħatja bi qtil wara li ħallew lit-tifel tagħhom mingħajr kura għad-dijabete u bil-ġuħ. Emil u Rodica Radita ħallew lit-tifel tagħhom Alexandru fi stat ta’ negliġenza għal snin twal li waslet biex it-tifel jitlef ħajtu.

Aqra aktar

Żball oħxon fl-Oscars!

Il-film Moonlight rebaħ il-premju għall-aqwa stampa, anke jekk fil-bidu min taha l-premju qal li l-film La La Land rebaħ.

L-iżball seħħ minħabba li fuq l-envelope kien hemm miktub ‘Emma Stone La La Land.’ It-team ta’ La La Land kienu f’nofs id-diskors tagħhom jirringrazzjaw lil kull minn wassalhom għal din ir-rebħa meta kien innutat li sar żball kruċjali.

Aqra aktar

Imut il-ġgant ta’ Game of Thrones fl-età ta’ 36 sena

L-itwal raġel tal-Ingilterra, twil seba’ piedi, tilef ħajtu fl-età ta’ 36 sena.

Neil Felington, famuż għall-parti li ħadem fil-parti ta’ Mag the Giant fis-serja famuza mondjali Game of Thrones, tilef ħajtu lbieraħ kawża ta’ attakk tal-qalb.

Bosta segwaċi ta’ Felington urew solidarjetà mal-familja u ħbieb li ġarrbu din it-telfa.

Karozza ssuq għal fuq folla nies f’New Orleans

Tmienja u għoxrin persuna ndarbu meta karozza baqgħet għaddejja fuq folla nies li kienet qed tiċċelebra l-karnival fiċ-ċentru tal-belt Amerikana, New Orleans.

L-isptar ittieħdu 21 persuna li kienu fuq il-post fil-ħin li seħħ il-każ, b’ħamsa minnhom b’kundizzjoni gravi.

Is-seba’ persuni l-oħra għażlu li ma jittieħdux l-isptar hekk kif ma ġarrbu l-ebda ġrieħi.

Sa issa qed ikun irrapurtat li m’hemmx suspetti li dan seta’ kien attakk terroristiku bħalma ġara f’Nice fi Franza u f’Berlin il-Ġermanja.

Eluf jingħaqdu f’Moskow sentejn wara l-qtil ta’ Boris Nemstov

Eluf ta’ persuni mmarċjaw f’Moskow biex ifakkru l-mexxej tal-oppożizzjoni Russu, Boris Nemtsov, li nqatel barra l-Kremlin fl-2015.

Nemtsov, li kien demokratiku u deputat prim ministru taħt l-ex president, kien kritiku feroċi tal-President Vladimir Putin.

Dwar dan il-każ, kienu ħames irġiel li ttelgħu l-qorti b’rabta mal-qtil f’Ottubru.

Huma ċaħdu l-akkużi bil-qraba ta’ Nemtsov jibżgħu li min ordna l-qtil qatt mhu ser jinstab.

Kim Jong-nam għamel 20 minuta muġugħ qabel miet

Kim Jong-nam, ħu l-mexxej tal-Korea ta’ fuq ingħata ammont kbir ħafna ta’ kimika tossika u miet bl-uġiegħ f’perjodu ta’ bejn ħmistax u għoxrin minuta.

Dan intqal mill-ministru għas-saħħa tal-Malasja.

Intant Kim Jong Nam miet il-ġimgħa l-oħra wara li żewg nisa avviċinaw lir-raġel u tefgħulu likwidu, f’waħda mis-swali li hemm fl-ajruport internazzjonali ta’ Kuala Lumpur.

Il-Papa jħeġġeġ lill-kappillani jilqgħu żgħażagħ li jagħżlu koabitazzjoni

Il-Papa Franġisku ħeġġeġ lill-kappillani biex jilqgħu, jisimgħu u jifhmu liż-żgħażagħ li jagħżlu l-koabitazzjoni minflok żwieġ.

Meta ltaqa’ ma’ kappillani fi tmiem kors dwar il-proċess matrimonjali organizzat mis-Sacra Rota Romana, il-Papa qalilhom li għandhom ikunu qrib dawn iż-żgħażagħ fl-ispirtu tal-Vanġelu. “Fil-livell spiritwali u morali, dawn huma fost il-fqar li għalihom il-Knisja trid tkun omm li ma tabbandunahomx iżda li tersaq lejhom u tikkurahom. Dawn ukoll għandom l-imħabba ta’ qalb Kristu. Ħarsu lejhom intom ukoll b’ħarsa ta’ tenerezza u l-kompassjoni.”

Aqra aktar

Send this to a friend